Servizzi tar-Reklamar tal-Apple
Krediti Promozzjonali
Termini u Kundizzjonijiet
Data Effettiva: 8 ta’ Awwissu, 2023
Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet (dawn it-“Termini”) jirregolaw l-użu tiegħek ta’ krediti promozzjonali li Apple tista’ toffri minn żmien għal żmien bħala parti mill-użu tiegħek tas-servizzi tar-reklamar ta’ Apple (is-“Servizz”) f’konformità mat-Termini tas-Servizz tas-Servizzi tar-Reklamar ta’ Apple (it-“Termini tas-Servizz”). Termini kapitalizzati li jintużaw u mhumiex definiti f’dawn it-Termini għandhom it-tifsiriet assenjati lilhom fit-Termini tas-Servizz.
1. Eliġibbiltà
Biex tkun eliġibbli biex tuża kwalunkwe krediti promozzjonali, irid ikollok Kont validu mas-Servizz, il-Kont tiegħek irid ikollu metodu tal-pagament validu, u tkun tissodisfa l-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà speċifikati minn Apple.
2. Disponibbiltà u Skadenza
Il-krediti promozzjonali jistgħu jkunu offruti għal żmien limitat u jistgħu jiskadu f’data speċifika jew wara perjodu speċifiku ta’ żmien kif speċifikat minn Apple. Il-krediti promozzjonali huma nulli fejn ipprojbit mil-liġi u fil-każ ta’ frodi, żball, jew rappreżentazzjoni ħażina. Apple tista’ timmodifika jew tittermina kwalunkwe offerta ta’ krediti promozzjonali fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tibgħatlek l-ebda avviż.
3. Restrizzjonijiet
Il-krediti promozzjonali jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet addizzjonali kif speċifikat fl-offerta, bħal limitazzjonijiet fuq in-numru ta’ krediti li jistgħu jintużaw għal kull Kont. Kwalunkwe kreditu promozzjonali ma jistax jiġi trasferit, ma jistax jiġi msarraf għal flus kontanti jew xi valur ieħor, u ma jistax jiġi kkombinat ma’ offerti jew skontijiet oħra.
4. Użu
Kwalunkwe krediti promozzjonali li jiġu awtomatikament applikati fuq il-Kont tiegħek se jkunu disponibbli għall-użu kif speċifikat fl-offerta. Jekk l-ispiża totali tat-tranżazzjoni taqbeż l-ammont ta’ kreditu promozzjonali, inti se tkun responsabbli biex tħallas il-bilanċ li jkun fadal billi tuża metodu ta’ pagament validu skont it-Termini tas-Servizz. Mhux se tiġi nnotifikat meta l-krediti promozzjonali tiegħek jispiċċaw għalkollox.
5. Kanċellazzjoni
Apple tirriserva d-dritt li tikkanċella, tirrevoka, jew timmodifika kwalunkwe kreditu promozzjonali fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tavżak.
6. Taxxi
L-użu tiegħek tal-krediti promozzjonali huwa soġġett għal Taqsima 7(e) tat-Termini tas-Servizz.
7. Munita
Jekk il-munita tal-kreditu promozzjonali tiegħek tkun differenti mill-munita ssettjata fil-Kont tiegħek, l-ammont ta’ kreditu promozzjonali se jiġi maqlub għall-munita tal-Kont tiegħek skont il-prattiċi tal-konverżjoni tal-munita ta’ Apple li jkunu kurrenti f’dak iż-żmien. Apple mhijiex responsabbli għal kwalunkwe differenzi fir-rati ta’ konverżjoni jew ta’ xi bidliet li jirriżultaw fil-valur tal-kreditu promozzjonali tiegħek.
8. L-Ebda Garanzija
Apple ma tiggarantixxix il-prestazzjoni jew it-twassil tar-reklamar tiegħek jew tal-użu tiegħek tas-Servizz, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà tal-inventarju tar-reklamar jew l-ispejjeż tiegħek. Inti tirrikonoxxi u taqbel li Apple mhijiex responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsarat li jirriżultaw mill-użu tiegħek ta’ kwalunkwe krediti promozzjonali.
9. Bidliet għat-Termini
Apple tista’ timmodifika jew temenda dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tibgħatlek l-ebda avviż. L-użu kontinwu tiegħek ta’ kwalunkwe krediti promozzjonali wara tali modifiki jew emendi jikkostitwixxi l-aċċettazzjoni tiegħek ta’ tali modifiki jew emendi.