Politiki tar-Reklamar ta’ Apple
Aġġornat l-aħħar 28 ta’ Awwissu, 2023.
1. Responsabbiltajiet tar-Reklamatur
Inti responsabbli għal dan li ġej:
-
1.1 Inti trid tikkonforma mat-Termini tas-Servizz tas-Servizzi tar-Reklamar ta’ Apple.
-
1.2 L-app tiegħek trid tikkonforma mal-Linji Gwidi tal-App Store.
-
1.3 Il-kontenut tar-reklami tiegħek — inkluż kontenut li tissottometti lill-App Store użat biex tiġġenera r-reklam tiegħek u l-użu tiegħek tas-servizzi tar-reklamar ta’ Apple — irid jikkonforma mal-liġijiet u r-regolamenti kollha applikabbli, inklużi l-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull pajjiż jew reġjun fejn tirreklama.
-
1.4 Il-kontenut tar-reklami tiegħek u l-użu tiegħek tas-servizzi tar-reklamar ta’ Apple m’għandux imur kontra d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, id-drittijiet ta’ pubbliċità, jew jostor xi xogħol ta’ kwalunkwe parti. L-inklużjoni jew l-użu ta’ proprjetà intellettwali ta’ xi parti oħra, logo, grafika, xogħol tal-arti, awdjo, film, ċelebrità, jew persuna jridu jkunu lliċenzjati kif xieraq għall-użu.
-
1.5 Id-dikjarazzjonijiet kollha magħmula fil-kontenut tar-reklami jridu jkunu ssostanzjati b’mod adegwat.
-
1.6 Il-kontenut tar-reklami ma jridx ikun qarrieqi.
-
1.7 Il-kontenut tar-reklami ma jistax iqarraq bl-utenti biex jipprovdu informazzjoni personali (1) mingħajr il-kunsens informat jew taħt pretensjonijiet qarrieqa jew foloz, jew (2) lil partijiet li jiġbru informazzjoni personali għall-għan ta’ bejgħ mill-ġdid, kummerċ, tpartit, jew inkella biex isir użu ħażin ta’ dik l-informazzjoni personali.
-
1.8 It-titlu, id-deskrizzjoni, l-immaġini, u l-previżjonijiet tal-app tiegħek fuq l-App Store jridu jirriflettu b’mod preċiż l-intenzjoni u l-esperjenza bażika tal-app.
-
1.9 L-użu tal-isem, il-prodotti, il-logo ta’ Apple jew xi attributi oħra tad-ditta ta’ Apple mingħajr approvazzjoni minn qabel huwa pprojbit.
-
1.10 Inti jrid ikollok il-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa għar-reklamar tiegħek, u trid tipprovdihom lil Apple meta jkun meħtieġ jew mitlub.
2. Ir-Reklamar fiċ-Ċina Kontinentali
-
2.1 Sabiex tirreklama fiċ-Ċina kontinentali jista’ jkollok bżonn il-liċenzji tan-negozju, il-permessi, l-approvazzjonijiet tal-gvern, jew materjali jew informazzjoni oħra.
-
2.2 Ir-reklamar f’ċerti industriji jew kategoriji jista’ jkun ristrett għal entitajiet ta’ kumpaniji ta’ negozju.
-
2.3 F’ċerti industriji jew kategoriji japplikaw ir-restrizzjonijiet tal-età fuq ir-reklamar.
-
2.4 Ir-reklami jridu jkunu biċ-Ċiniż simplifikat, u inti meħtieġ li tikkonforma ma’ rekwiżiti speċifiċi għall-kontenut.
-
Għal aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti għar-reklamar fiċ-Ċina kontinentali, jekk jogħġbok aqra l-Linji Gwida għar-Reklamar ta’ Apple għaċ-Ċina kontinentali.
3. Kontenut Ipprojbit
Apple ma tippermettix il-Kontenut Ipprojbit li ġej fi kwalunkwe reklamar:
-
3.1 Kontenut Diskriminatorju - Kontenut tar-reklami li jippromwovi l-mibegħda, il-vjolenza, il-fastidju, jew ir-razziżmu lejn individwu jew grupp ta’ kwalunkwe razza, sess, twemmin, oriġini nazzjonali, diżabilità, affiljazzjoni reliġjuża, età, lingwa, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru, jew qagħda finanzjarja.
-
3.2 Kontenut Malafamanti - Kontenut tar-reklami li huwa malafamanti, libelluż, jew li joħloq kalunja.
-
3.3 Profanità - Kontenut tar-reklami li huwa profan jew oxxen, inkluż kliem jew frażijiet sgradevoli.
-
3.4 Kontenut Adult - Kontenut tar-reklami li jippromwovi temi orjentati għall-adulti jew kontenut grafiku, pereżempju, pornografija, Kama Sutra, erotika, jew kontenut li jippromwovi “kif tagħmel ċerti affarijiet” u logħob sesswali ieħor.
-
3.5 Sustanzi Kkontrollati - Kontenut tar-reklami li direttament jew indirettament jiffaċilita jew jippromwovi l-bejgħ, id-distribuzzjoni, jew l-użu ta’ kwalunkwe prodotti tat-tabakk, drogi illegali, narkotiċi, konsum eċċessiv tal-alkoħol, jew użu tal-alkoħol mill-minuri.
-
3.6 Armi jew Munizzjon - Kontenut tar-reklami li direttament jew indirettament jiffaċilita jew jippromwovi l-bejgħ, id-distribuzzjoni, jew l-użu ta’ pistoli, armi tan-nar, armi jew munizzjon, materjali splussivi jew logħob tan-nar.
-
3.7 Kontenut Kontroversjali - Kontenut tar-reklami li huwa meqjus offensiv jew grafiku jew li fih attakki personali, bullying, jew intimidazzjoni kontra persuna jew negozju individwali jew istituzzjoni.
-
3.8 Dokumenti Ffalsifikati - Kontenut tar-reklami illegali jew mhux illiċenzjat li jippromwovi dokumenti foloz, u materjali, prodotti jew servizzi li l-legalità tagħhom hija dubjuża.
-
3.9 Prattiċi tan-Negozju Mhux Xierqa - Kontenut tar-reklami li jinċentiva b’mod mhux xieraq it-tniżżil jew il-manipulazzjoni, l-iffiltrar jew l-iffalsifikar ta’ reċensjonijiet, feedback, taps, jew tniżżil.
-
3.10 Messaġġi Qarrieqa - Dikjarazzjonijiet foloz, frawdolenti, diżonesti, jew qarrieqa, inklużi titli, stqarrijiet, jew illustrazzjonijiet li jqarrqu, bħal:.
- Skemi biex wieħed isir sinjur, “flus b’xejn,” jew opportunitajiet jew offerti oħra simili kif tagħmel il-flus
- Offerti b’xejn jew sweepstakes, bħal “Inti ġejt magħżul biex tirbaħ xi ħaġa b’xejn...”
- “Oġġetti b’xejn” li jeħtieġu kwalunkwe tip ta’ pagament, spejjeż amministrattivi, spejjeż ta’ trasport, jew tariffi oħra, u għalhekk fil-verità mhumiex b’xejn.
-
3.11 Prezzijiet Qarrieqa u Dikjarazzjonijiet dwar Prezzijiet Qarrieqa - Kontenut tar-reklami li jirrappreżenta b’mod ħażin il-vera natura ta’ offerta (il-prezzijiet u kwalunkwe dikjarazzjoni dwar klassifikazzjoni jridu jkunu dejjem preċiżi).
-
3.12 Kontenut ta’ Reklamar Illegali - Kontenut tar-Reklami li ma jikkonformax mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, inklużi l-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull pajjiż jew reġjun fejn il-kontenut tar-reklami huwa mxerred.
-
3.13 Kontenut ta’ Reklamar Mhux Illiċenzjat - Kontenut tar-Reklami li m’għandux il-liġijiet, il-permessi neċessarji, jew kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra meħtieġa mil-liġi, inkluż taħt il-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull pajjiż jew reġjun fejn il-kontenut tar-reklami huwa mxerred.
-
3.14 Legalità Dubjuża - Kontenut tar-reklami li jippromwovi prodotti jew servizzi ta’ legalità dubjuża, pereżempju, passwords li jkunu nkisbu b’mod falz, skemi ta’ piramidi, prodotti ddisinjati biex jevadu l-liġijiet tal-infurzar dwar il-veloċità, jew promozzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni soġġetti għal embargo jew sanzjonijiet fuq il-kummerċ mill-Istati Uniti.
-
3.15 Kontenut Politiku - Kontenut tar-reklami li fih jew li direttament jew indirettament jippromwovi kandidati politiċi, persuni li jokkupaw karigi, partiti, organizzazzjonijiet, ġbir ta’ fondi, u voti jew inizjattivi elettorali, inkluż reklamar li jesprimi l-oppożizzjoni għal tali ħwejjeġ. Ir-reklamar rigward kwistjonijiet ta’ importanza pubblika li jistgħu wkoll ikunu politikament topikali jew sensittivi jista’ jiġi evalwat skont il-każ.
4. Kontenut Ristrett
Xi kontenut tar-reklami jista’ jiġi rreklamat biss f’ċerti pajjiżi jew reġjuni jew tqegħid tar-reklami.
Xi kontenut tar-reklami jista’ jiġi ristrett jew ipprojbit mil-liġijiet lokali.
Inti responsabbli biex tirrestrinġi l-kontenut tar-reklami tiegħek b’mod xieraq fil-pajjiżi jew fir-reġjuni fejn tirreklama.
Ir-restrizzjonijiet jistgħu jinkludu li r-reklamar tiegħek jiġi llimitat għal udjenzi ta’ età xierqa jew li jkollok il-liċenzji jew il-permessi neċessarji għall-pajjiż jew ir-reġjun. Eżempji jinkludu:
4.1 Alkoħol
-
4.1.1 Kontenut tar-reklami li jippromwovi l-bejgħ jew il-konsum tal-alkoħol, jew li jirreferi għall-użu ta’ xorb alkoħoliku, jista’ jkun ipprojbit jew illimitat f’xi pajjiżi u reġjuni.
-
4.1.2 It-test, l-immaġini, il-vidjos, u l-awdjo kollha użati għal skopijiet promozzjonali jew ta’ reklamar iridu juru nies u xeni adattati għall-età.
4.2 Kontenut jew Immaġini Sensittivi
-
4.2.1 Il-kontenut jew l-immaġini tar-reklami jistgħu jkunu meqjusa sensittivi fid-diskrezzjoni tat-timijiet ta’ reviżjoni ta’ Apple. Il-kontenut tar-reklami li huwa meqjus sensittiv jistgħu jiġi prevenut milli joħroġ f’ċerti pajjiżi jew reġjuni, jew ipprojbit milli joħroġ għalkollox.
4.3 Farmaċewtika u s-Settur Mediku
-
4.3.1 Kontenut tar-reklami għal prodotti tal-farmaċewtika, apparat mediku, jew servizzi mediċi jista’ jiġi muri lill-adulti biss.
4.4 Logħob tal-Azzard bi Flus ta’ Vera
-
4.4.1 Kontenut tar-reklami li jippermetti lill-utenti jagħmlu mħatri fuq logħob tal-każinò jew avvenimenti sportivi biex jidħlu fiċ-ċans li jirbħu flus jew premji b’valur tanġibbli huwa pprojbit milli joħroġ fuq xi tqegħid ta’ reklami. Eżempji jinkludu iżda mhumiex limitati għal: logħob tal-każinò, imħatri fuq l-isports, imħatri fuq l-isports tal-fantażija, u servizzi li joffru analiżi statistika għall-iskopijiet tal-logħob tal-azzard.
-
4.4.2 Ir-reklamaturi jridu jiżguraw li jimxu mal-liġijiet lokali meta joħorġu reklami marbuta mal-logħob tal-azzard. Hija r-responsabbiltà tar-reklamatur li jiżgura li għandu l-permessi rilevanti u l-liċenzja meħtieġa biex jopera fil-pajjiżi jew fir-reġjuni fejn jagħżel li jirreklama.
-
4.4.3 Kontenut tar-reklami għal logħob tal-azzard bi flus ta’ vera u servizzi relatati jista’ jintwera biss lil adulti.
-
4.4.4 Kontenut tar-reklami għal logħob tal-azzard bi flus ta’ vera huwa permess f’xi pajjiżi jew reġjuni wara li l-liċenzja tar-reklamar proprja tkun ġiet riveduta u approvata minn Apple.
4.5 Logħob tal-Azzard Simulat
-
4.5.1 Kontenut tar-reklami għal apps li jimitaw logħob tal-fortuna jew logħob tal-każinò iżda ma joffrux iċ-ċans lill-utenti li jirbħu flus jew premji li għandhom valur tanġibbli jista’ biss joħroġ fuq reklami f’ċertu tqegħid tar-reklami u huwa pprojbit jew limitat f’ċerti pajjiżi jew reġjuni.
4.6 Servizzi ta' Dating/Tqabbil ta' Individwi
-
4.6.1 Kontenut tar-reklami għal apps li joffru servizzi ta' dating jew tqabbil ta' individwi jista' jkun ipprojbit milli jaħdem f'xi tqegħid ta' reklami.
-
4.6.2 Kontenut ta' reklami g]al apps li joffru servizzi ta' dating jew tqabbil ta' individwi għandu jikkonforma mal-liħijiet u r-regolamenti lokali f'pajjiżi jew reġjuni fejn tagħżel li tirreklama.
-
4.6.3 Kontenut ta' reklami għal apps li joffru servizzi ta' dating jew tqabbil ta' individwi jista' ma jaħdimx f'kampanji f'xi pajjiżi jew reġjuni sakemm l-app ma tkunx disponibbli għall-adulti biss .
5. Ħarsa Ġenerali lejn l-Eliġibilità tat-Tqegħid tar-Reklami
-
5.1 Apple tuża kemm sistemi manwali u awtomatizzati biex tiddetermina jekk il-kontenut tar-reklami huwiex eliġibbli biex jintwera, fuq liema tqegħid tar-reklami, u/jew liema pajjiżi jew reġjuni. Il-parametri ewlenin eżaminati mis-sistemi awtomatizzati huma rilevanza, kwalità, u klassifikazzjonijiet, u d-determinazzjonijiet kollha huma riveduti minn membri tat-tim ta’ moderazzjoni tal-kontenut.
-
5.2 Ħarsa ġenerali lejn l-eliġibilità skont it-tqegħid:
Kontenut | Riżultati tat-Tfittix | Tab tat-Tfittix | Tab tal-Lum | Paġna tal-Prodotti |
---|---|---|---|---|
Alkoħol | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
Kontenut jew Immaġini Sensittivi | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
Farmaċewtika u s-Settur Mediku | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
Logħob tal-Azzard bi Flus ta’ Vera | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
Logħob tal-Azzard Simulat | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
Servizzi ta’ Dating jew Tqabbil ta' Individwi | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
Reliġjon | Permess* | Mhux permess | Mhux permess | Mhux permess |
-
*Jista’ jkun ristrett skont il-liġi u r-regolamenti lokali.
6. Reklamar fuq it-Tab tal-Lum
Ir-reklami tat-tab tal-lum iridu jkunu konformi mal-linji gwidi tar-reklamar ta’ Apple. Dawn jinkludu:
-
6.1 L-isem tal-app u s-sottotitlu jridu jaqblu mal-lingwa lokalizzata għall-pajjiż jew ir-reġjun assoċjati fejn il-kampanja tiegħek se tkun qed toħroġ.
-
6.2 L-ikona, l-isem, u s-sottotitlu tal-app ma jridx ikollhom immaġini li huma kkunsidrati vjolenti, offensivi, espliċiti b’mod sesswali, jew mhux xierqa b’xi mod ieħor.
-
6.3 L-ikona, l-isem, is-sottotitlu, u l-immaġini tal-app ma jridx ikun fihom pistoli, armi, jew vjolenza grafika.
-
6.4 L-ikona, l-isem u s-sottotitlu tal-app ma jridx ikun fihom prezzijiet, offerti, jew dikjarazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni.
-
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok aqra l-Linji gwida tar-reklami tat-tab tal-lum.
7. Mekkaniżmi ta' Rimedju
Ara hawn għal aktar informazzjoni dwar ir-rimedji u l-mekkaniżmi ta’ rimedju li jistgħu jkunu disponibbli taħt l-Att dwar is-Servizzi Diġitali tal-Unjoni.
Apple tirriżerva d-dritt li timmodifika dawn il-Politiki fi kwalunkwe ħin. Apple tista’ wkoll tapplika xi restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq ir-reklamar tiegħek. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-politiki tagħna, jekk jogħġbok tħossok liberu li tikkuntattjana.