Servizzi ta’ Reklamar ta’ Apple
Termini tas-Servizz
Data Effettiva: 8 ta’ Awwissu, 2023
DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ, INKLUŻ KWALUNKWE ANNESS, EŻIBIT, SKEDA, JEW DOKUMENTI OĦRAJN LI HUMA B’DAN INKORPORATI B’REFERENZA (“TERMINI TAS-SERVIZZI” JEW “FTEHIM”), JIKKOSTITWIXXU FTEHIM LEGALI FFIRMAT BEJN APPLE U L-ENTITÀ LI QED TAQBEL MA’ DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ JEW IR-RAPPREŻENTANT AWTORIZZAT TAGĦHA, INKLUŻI IMPJEGATI, AĠENTI, ASSENJATI, NOMINATI, KONSULENTI U KUNTRATTURI (INDIVIDWALMENT JEW FLIMKIEN “FORNITUR TAL-KONTENUT” JEW “INTI”), LI JIRREGOLAW L-AĊĊESS GĦAL U L-UŻU TAS-SERVIZZI PPROVDUTI MINN APPLE (I) ASSOĊJATI MAL-KONT MAĦLUQ, AĊĊESSAT, JEW UŻAT MINNEK B’RABTA MA’ DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ, (II) RELATATI MAD-DISTRIBUZZJONI TAL-KONTENUT TAR-REKLAMAR TIEGĦEK (DEFINIT HAWN TAĦT), JEW (III) RELATATI MA’ KWALUNKWE SERVIZZ, PROGRAMM, JEW PRODOTT IEĦOR LI JINKORPORA B’REFERENZA DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ (FLIMKIEN, IS-“SERVIZZI”).
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawnhekk, “Apple” għandha tfisser kwalunkwe jew kull waħda minn dawn li ġejjin skont il-post fejn jiġi servut il-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek bl-użu tas-Servizzi: Apple Inc., li tinsab f’One Apple Park Way, Cupertino, Kalifornja 95014 għall-Kontenut ta’ Reklamar servut fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Amerka Ċentrali u fl-Amerka t’Isfel (minbarra l-Kanada u t-territorji u l-possedimenti tagħha), inklużi t-territorji u l-possedimenti tal-Istati Uniti, u l-possedimenti Franċiżi u Brittaniċi fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Amerka t’Isfel u fil-Karibew; Apple Canada Inc., li tinsab f’120 Bremner Blvd., Suite 1600, Toronto ON M5J 0A8, il-Kanada għall-Kontenut ta’ Reklamar servut fil-Kanada jew fit-territorji u l-possedimenti tagħha; iTunes K.K., li tinsab f’Roppongi Hills, 6-10-1 Roppongi, Minato-Ku, Tokyo 106-6140, il-Ġappun għall-Kontenut ta’ Reklamar servut fil-Ġappun; Apple Pty Limited, li tinsab f’Level 3, 20 Martin Place, Sydney, NSW 2000, l-Awstralja għall-Kontenut ta’ Reklamar servut fl-Awstralja, fi New Zealand, inklużi l-gżejjer, it-territorji u l-ġuriżdizzjonijiet affiljati tagħha; Apple Distribution International Ltd. (“ADI”), li tinsab f’Hollyhill Industrial Estate, Hollyhill, Cork, ir-Repubblika tal-Irlanda għall-Kontenut ta’ Reklamar servut fil-postijiet l-oħrajn kollha.
Inti tiċċertifika lil Apple u taqbel li Inti jew ir-rappreżentant jew l-aġent Tiegħek li qed jiffirma dawn it-Termini tas-Servizz huwa ta’ età maġġuri fil-ġuriżdizzjoni(jiet) li fihom Inti tirrisjedi (mill-inqas 18-il sena f’ħafna pajjiżi) u li Inti għandek id-dritt u l-awtorità li tidħol għal dawn it-Termini tas-Servizz f’Ismek, u li jekk ir-rappreżentant jew l-aġent Tiegħek dieħel għal dawn it-Termini tas-Servizz f’Ismek bħala kumpanija, organizzazzjoni, istituzzjoni edukattiva, jew aġenzija, strument, jew dipartiment tal-gvern, li dan ir-rappreżentant jew aġent għandu d-dritt u l-awtorità li jorbtok legalment għat-termini u l-obbligi kollha ta’ dawn it-Termini tas-Servizz.
Inti taqbel li taċċetta u timxi ma’ dawn it-Termini tas-Servizz kif ippreżentati; Apple ma taqbilx ma’ bidliet, żidiet jew tħassir, u Apple tista’ tiċħad l-aċċess għas-Servizzi minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe parti ta’ dawn it-Termini tas-Servizz jew għal kwalunkwe raġuni oħra fid-diskrezzjoni unika ta’ Apple.
IL-VERŻJONI BIL-LINGWA INGLIŻA TA’ DAN IL-FTEHIM GĦANDHA TKUN L-ISTRUMENT U L-FTEHIM ORIĠINALI U REGOLATORJU TAL-PARTIJIET. JEKK APPLE TIPPROVDI DAN IL-FTEHIM BI KWALUNKWE LINGWA MINBARRA BL-INGLIŻ, IL-VERŻJONI BIL-LINGWA INGLIŻA GĦANDHA TIRREGOLA U TIKKONTROLLA F’KAŻ TA’ KWALUNKWE KUNFLITT MA’ XI TRADUZZJONI BI KWALUNKWE LINGWA OĦRA.
B’kunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal hawn fuq u tal-wegħdiet u l-patti reċiproċi stabbiliti hawnhekk, Inti u Apple (kollettivament, il-“Partijiet”) taqblu kif ġej:
1. Aċċess. L-aċċess għas-Servizzi huwa magħmul disponibbli biss, fid-diskrezzjoni unika ta’ Apple, lil Fornitur tal-Kontenut li għandu ftehim jew diversi ftehimiet validi ma’ Apple jew ma’ Affiljati ta’ Apple relatati ma’: (a) Fornitur tal-Kontenut li l-materjali tiegħu huma servuti fuq il-Proprjetajiet (definiti hawn taħt), jew (b) persuni jew entitajiet oħrajn kif iddeterminati minn Apple fid-diskrezzjoni unika tagħha.
2. Rekwiżiti tas-Sistema. L-użu tas-Servizzi jista’ jirrikjedi ħardwer kompatibbli, aċċess għall-internet u/jew mobile, ċertu softwer u jista’ jirrikjedi li jinkisbu aġġornamenti u titjib minn żmien għal żmien. Jistgħu japplikaw ħlasijiet għar-rekwiżiti tas-sistema tal-Fornitur tal-Kontenut. Peress li l-użu tas-Servizzi jista’ jinvolvi ħardwer, softwer u aċċess għall-internet u/jew mobile, il-kapaċità Tiegħek li tagħmel użu mis-Servizzi tista’ tkun affettwata mill-prestazzjoni ta’ dawn il-fatturi. Nirrakkomandaw ħafna aċċess għal internet b’veloċità għoja u/jew mobile. Inti tagħraf u taqbel li dawn ir-rekwiżiti tas-sistema, li jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien, huma responsabbiltà Tiegħek. Inti tagħraf u taqbel ukoll li s-Servizzi jikkostitwixxu servizzi kummerċjali għal użu kummerċjali.
3. Ftehimiet Oħrajn. Kwalunkwe ftehim ieħor fis-seħħ bejnek u bejn Apple (flimkien, il-“Ftehimiet l-Oħrajn”) huwa separat minn dawn it-Termini tas-Servizz. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bil-miktub hawnhekk jew fil-Ftehimiet l-Oħrajn, dawn it-Termini tas-Servizz fl-ebda każ m’għandhom jitqiesu li huma t-termini tal-Ftehimiet l-Oħrajn u viċe versa. L-ebda ksur ta’ dawn it-Termini tas-Servizz mhu se jikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe Ftehim Ieħor u viċe versa. Inti tagħraf u taqbel li t-twettiq tal-obbligi Tiegħek taħt dawn it-Termini tas-Servizz m’għandux ikun ikkundizzjonat mill-fatt li Apple tidħol għal xi ftehim ulterjuri jew li tipprovdi xi dikjarazzjonijiet jew garanziji addizzjonali relatati mas-Servizzi.
4. L-Informazzjoni Tiegħek. Inti taqbel li tipprovdi informazzjoni akkurata, attwali u kompluta, inkluż skont kif jista’ jkun meħtieġ biex tirreġistra ma’ Apple għas-Servizzi jew biex tagħmel użu minnhom u waqt li tkun qed tagħmel użu mis-Servizzi inkluż, iżda mhux biss, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz attwali, informazzjoni dwar ħlas korporattiv, informazzjoni rilevanti dwar it-taxxa (inkluż kwalunkwe numru jew ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-taxxa, eċċ.), jew informazzjoni oħra kif mitluba (flimkien, “Dejta tal-Utent Kummerċjali”). Inti tagħraf u taqbel li l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi se jirrikjedi li Apple tibgħatlek komunikazzjonijiet fl-indirizz(i) tal-email jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni li Inti tipprovdi lil Apple. Inti taqbel li Apple tista’ tibgħatlek, kemm bl-email jew inkella mod ieħor, komunikazzjonijiet, inkluż iżda mhux biss notifiki u fatturi (jew materjal ieħor relatat ma’ fatturazzjoni), bil-lingwa Ingliża. Inti b’dan tikkonferma l-kapaċità Tiegħek li taqra u tifhem il-komunikazzjonijiet bil-lingwa Ingliża jew li fil-prattika Inti tista’ tikseb traduzzjoni tal-komunikazzjonijiet bil-lingwa Ingliża b’lingwa li Inti tippreferi jew kif ordnat mill-ġuriżdizzjoni(jiet) li Inti suġġett għalihom, mingħajr ebda spiża għal Apple. Inti b’dan tikkonferma li kwalunkwe Dejta tal-Utent Kummerċjali li Inti diġà pprovdejt lil Apple (inkluż, iżda mhux biss, fi proċess ta’ applikazzjoni ta’ Apple jew permezz tal-użu preċedenti tas-Servizzi) kienet akkurata, attwali u kompluta. Inti taqbel ukoll li żżomm u taġġorna d-Dejta tal-Utent Kummerċjali Tiegħek kif meħtieġ biex din tibqa’ akkurata, attwali u kompluta. Inti tifhem u tagħraf li jekk tonqos li tipprovdi, taġġorna u żżomm l-informazzjoni akkurata, attwali u kompluta skont dawn it-Termini tas-Servizz, l-aċċess għal jew l-użu li Inti tagħmel minn dawn is-Servizzi jistgħu jiġu sospiżi jew itterminati fi kwalunkwe ħin. Inti tagħraf u taqbel li Apple tista’ żżomm fir-rekords tagħha d-Dejta tal-Utent Kummerċjali Tiegħek u informazzjoni relatata mad-Dejta tal-Utent Kummerċjali Tiegħek, il-Kont Tiegħek u l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi, inkluż, skont kif meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti tal-ġuriżdizzjoni(jiet) li fihom Inti tirrisjedi jew tinsab jew li Inti suġġett għalihom u ta’ kull ġuriżdizzjoni li fiha jintwerew il-Kampanji jew il-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek, f’konformità mal-Politika tal-Privatezza ta’ Apple, disponibbli fuq apple.com/privacy, u li tali żamma tista’ tkompli wara li Inti ma tibqax tagħmel użu mis-Servizzi.
5. Kont u Password. Bħala utent reġistrat tas-Servizzi, Inti tista’ tkun meħtieġ tistabbilixxi kont biex tuża s-Servizzi (“Kont”). Inti biss responsabbli għall-Kont Tiegħek, inkluż li żżomm il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-Kont Tiegħek. Inti ma tistax tiżvela l-informazzjoni tal-Kont Tiegħek lil ħadd, u lanqas m’għandek tippermetti lil ħadd juża l-Kont Tiegħek jew tuża l-Kont ta’ xi ħadd ieħor mingħajr awtorizzazzjoni. Inti kompletament responsabbli għall-attivitajiet kollha li jseħħu fuq il-Kont Tiegħek jew permezz tal-Kont Tiegħek, inkluż dawk l-attivitajiet li Inti tawtorizza jew tidderieġi lil Apple biex twettaq f’Ismek, u Inti taqbel li tinnotifika minnufih lil Apple rigward kwalunkwe użu mhux awtorizzat tal-Kont Tiegħek jew rigward kwalunkwe ksur tas-sigurtà ieħor. Apple m’għandhiex tkun responsabbli għal xi telf li jirriżulta mill-użu mhux awtorizzat jew mhux xieraq tal-Kont Tiegħek.
6. Servizzi ta’ Reklamar.
a. Ħarsa Ġenerali. Malli taċċetta dawn it-Termini tas-Servizz, u malli tlesti proċessi jew approvazzjonijiet oħrajn kif jista’ jkun meħtieġ minn Apple, Int tista’ tagħmel użu mis-Servizzi biex tistabbilixxi, tiġġestixxi u tħallas lil Apple għal kampanji ta’ reklamar (“Kampanji”) li fihom Apple twassal il-kontenut tar-reklamar Tiegħek, inklużi l-prodotti, is-servizzi u l-attivitajiet deskritti u t-talbiet espressi jew impliċiti magħmula fihom (“Kontenut tar-Reklamar”) fuq l-applikazzjonijiet tas-softwer jew l-apparat rilevanti ta’ Apple (flimkien, il-“Proprjetajiet”).
b. Immirar. Inti tifhem u taqbel li Apple tista’ toffrilek il-kapaċità li tagħżel, timplimenta, jew tuża karatteristiċi jew funzjonalitajiet tas-Servizzi biex jgħinuk tottimizza jew timmira t-twassil tal-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek, inkluż iżda mhux biss: (I) ad creative, (II) deċiżjonijiet dwar it-traffiku u/jew l-immirar tar-reklami, inklużi l-għażla tal-keyword, tal-offerti u s-segmenti, (III) Proprjetajiet, (IV) destinazzjonijiet li l-Kontenut tar-Reklamar jista’ jidderieġi lill-ispettaturi lejhom (eż., tniżżil ta’ applikazzjonijiet, URLs, paġni ta’ dħul) u (V) il-URLs u r-ridirezzjonijiet relatati u s-servizzi u l-prodotti rreklamati fuq dawn il-URLs u r-ridirezzjonijiet (flimkien, “Immirar”). L-immirar jista’ jew ma jistax ikun magħmul disponibbli fuq kwalunkwe Proprjetà jew fuq il-Proprjetajiet kollha u għal kwalunkwe Kampanja Tiegħek jew Kontenut tar-Reklamar Tieghek jew għall-Kampanji Tiegħek kollha. Fejn applikabbli, Apple u l-affiljati tagħha jistgħu jipprovdulek ċerti karatteristiċi fakultattivi relatati mal-Immirar, bħal suġġerimenti jew rakkomandazzjonijiet relatati ma’ keywords jew irkanti, maħsuba biex jgħinuk bl-għażla u l-ġenerazzjoni tal-Immirar. Inti tifhem u taqbel li Inti m’intix meħtieġ timplimenta, tuża, tawtorizza l-użu ta’, jew tiddependi fuq kwalunkwe karatteristika tal-Immirar u, kif applikabbli, tista’ tagħżel li tagħmel użu jew li ma tagħmilx użu minn dawn il-karatteristiċi. INTI TIFHEM U TAQBEL LI L-IMPLIMENTAZZJONI, L-UŻU, L-AWTORIZZAZZJONI TA’, ID-DIPENDENZA FUQ U D-DEĊIŻJONIJIET RELATATI MA’ KWALUNKWE IMMIRAR, INKLUŻA KWALUNKWE KARATTERISTIKA TA’ IMMIRAR FAKULTATTIVA, KEMM JEKK IMPLIMENTATA PERMEZZ TA’ KARATTERISTIĊI JEW FUNZJONALITAJIET TAS-SERVIZZI JEW LE, GĦANDHOM IKUNU FIR-RESPONSABBILTÀ UNIKA TIEGĦEK LI INTI BISS GĦANDEK L-OBBLIGU TAGĦHA, U INTI GĦANDEK TIKKONFORMA MAR-REKWIŻITI LEGALI U REGOLATORJI KOLLHA APPLIKABBLI, INKLUŻI DAWK TAL-ĠURIŻDIZZJONI(JIET) LI FIHOM INTI TIRRISJEDI JEW TINSAB JEW LI INTI SUĠĠETT GĦALIHOM U DAWK TA’ KULL ĠURIŻDIZZJONI LI FIHA JINTWEREW IL-KAMPANJI JEW IL-KONTENUT TAR-REKLAMAR TIEGĦEK. Inti tifhem u taqbel ukoll li s-servizzi u l-karatteristiċi tal-Immirar u kwalunkwe aspett tagħhom huma pprovduti, u jistgħu jiġu mmodifikati, sospiżi jew itterminati, fid-diskrezzjoni unika ta’ Apple. Suġġett għal dak li ntqal hawn fuq, Inti tawtorizza lil Apple biex timplimenta l-Immirar kollu li Inti tagħżel, timplimenta jew tuża.
c. Beta, Esperimenti ta’ Reklamar, Ittestjar. Inti tagħraf u taqbel li Apple jew l-affiljati tagħha jistgħu, wara li javżawk jew mingħajr ma javżawk, iwettqu, jipparteċipaw fi jew jimplimentaw testijiet jew esperimenti li jistgħu jużaw jew jaffettwaw direttament jew indirettament il-Kampanji Tiegħek jew il-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek jew inkella jaffettwaw l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi (“Ittestjar”), li, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, għandhom ikunu rregolati minn dawn it-Termini tas-Servizz. Inti taqbel li ma tiżvela ebda informazzjoni mhux pubblika dwar dan l-Ittestjar u dwar programmi, prodotti jew karatteristiċi relatati, inkluż dwar l-eżistenza tagħhom.
d. Dejta ta’ Min Jirreklama. Sa fejn kwalunkwe karatteristika jew funzjonalità tas-Servizzi tippermettilek li tipprovdi informazzjoni dwar il-klijenti, il-prodotti u s-servizzi Tiegħek lil Apple (“Dejta ta’ Min Jirreklama”) sabiex tagħmel użu mill-Immirar, u Inti tagħżel li tagħmel użu minnha, Inti tagħraf u taqbel li Apple tista’ tuża d-Dejta ta’ Min Jirreklama Tiegħek bl-iskop li tissodisfa l-Immirar Tiegħek. Inti tagħraf u taqbel ukoll li Inti l-uniku responsabbli għas-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-Dejta ta’ Min Jirreklama Tiegħek (suġġett għall-Garanzija ta’ Apple fit-Taqsima 6(h) hawnhekk), għandek il-permessi u l-kunsensi meħtieġa (skont kif meħtieġ) biex tuża u tipprovdi d-Dejta ta’ Min Jirreklama Tiegħek, Inti timpenja ruħek li tuża biss id-Dejta ta’ Min Jirreklama permezz tas-Servizzi fejn għandek skopijiet legali u permessi u Inti se tneħħi d-Dejta ta’ Min Jirreklama mis-sistemi u l-proprjetajiet kollha ta’ Apple użati minnek b’rabta mas-Servizzi jekk ma jibqax ikollok il-ħsieb li tuża tali dejta b’rabta mas-Servizzi. Inti tagħraf u taqbel ukoll li Apple tista’ tuża informazzjoni dwar l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi u l-interazzjonijiet Tiegħek ma’ Apple b’rabta mas-Servizzi, inklużi d-Dejta dwar Min Jirreklama u d-Dejta tal-Utent Kummerċjali, sabiex tipprovdi, tevalwa, timmodifika jew ittejjeb is-Servizzi u sabiex tikkomunika dwar is-Servizzi. Inti tagħraf u taqbel ukoll li Apple jista’ jkollha d-dmir li tippubblika jew tiżvela informazzjoni dwar l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi, il-Kontenut tar-Reklamar tiegħek jew il-Kampanji Tiegħek (inkluża d-deċiżjoni ta’ Apple li ma turix il-Kontenut tar-Reklamar jew il-Kampanji Tiegħek, jew li tissospendi, tittermina jew tillimita l-wiri tal-Kontenut tar-Reklamar jew tal-Kampanji Tiegħek) u Apple m’għandha ebda obbligu lejk b’rabta ma’ kwalunkwe pubblikazzjoni jew żvelar li Apple tqis meħtieġ in bona fide skont dak id-dmir.
e. Dritt ta’ Rifjut ta’ Kontenut tar-Reklamar. Apple tirriżerva d-dritt li: (I) tirrifjuta, tneħħi, tikkanċella, ma tapprovax jew li tirrevoka l-approvazzjoni għal kwalunkwe Kontenut tar-Reklamar, Kampanja jew Immirar fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni, inkluż iżda mhux biss jekk Apple taħseb li t-tqegħid ta’ Kontenut tar-Reklamar jista’ jissuġġetta lil Apple għar-responsabbiltà kriminali jew ċivili, jista’ jikser it-Termini tas-Servizz, jista jikser il-politiki ta’ Apple jew jista’ jmur kontra l-interessi kummerċjali ta’ Apple; (II) titlob modifiki fil-Kontenut tar-Reklamar, inkluż bħala kundizzjoni għall-approvazzjoni għat-tixrid jew għall-kontinwazzjoni tat-tixrid, u (III) raġonevolment timmarka jew tindika l-Kontenut tar-Reklamar bħala materjal promozzjonali jew ta’ reklamar konsistenti mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiki industrijali applikabbli, jew timmodifika l-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek b’mod mhux materjali, inkluż iżda mhux biss, billi tizzumja jew taqta’, kif raġonevolment meħtieġ biex tipprovdi s-Servizzi. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, Inti unikament responsabbli għall-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek kif ipprovdut lil Apple. Inti tifhem u taqbel ukoll li xi Kontenut tar-Reklamar, Fornituri tal-Kontenut jew materjal li jkun proprjetà tal-Fornitur tal-Kontenut jew prodotti u/jew servizzi ta’ min jirreklama jistgħu ma jkunux eliġibbli għall-promozzjoni bl-użu tas-Servizzi. Il-fatt li Apple ma ċaħditx, neħħiet jew ikkanċellat xi Kontenut tar-Reklamar bl-ebda mod m’għandu jfisser li r-responsabbiltajiet u l-obbligi Tiegħek taħt dawn it-Termini tas-Servizz ġew irrinunzjati, imnaqqsa jew illimitati jew affettwati mod ieħor. Xejn f'dan il-Ftehim jew fl-għoti tas-Servizzi minn Apple m’għandu jinftiehem bħala l-approvazzjoni ta’ Apple ta’ kwalunkwe Kontenut tar-Reklamar Tiegħek.
f. Liċenzja Limitata għall-Kontenut tar-Reklamar. Inti b'dan tagħti lil Apple liċenzja mhux esklussiva, mingħajr royalties, mad-dinja kollha, imħallsa kollha biex taħżen, tuża, tirriproduċi, timmodifika (għal skopijiet ta’ ifformattjar biss), tittrażmetti, twettaq u turi l-Kontenut tar-Reklamar (li għandu jitqies li jinkludi l-kontenut kollu, inkluż it-test, l-awdjo, il-vidjow, l-immaġnijiet, ir-riżultati, il-fajls diġitali, il-paġni tal-web, it-trademarks, il-karatteristiċi tad-ditta jew kwalunkwe proprjetà Intellettwali oħra li tinsab fih jew aċċessibbli minnu): (i) sabiex twassal is-Servizzi, inkluż iżda mhux biss l-Ittestjar, (ii) kif jista’ jkun meħtieġ skont il-liġijiet jew ir-regolamenti kollha applikabbli, jew (iii) kif permess espressament minn dawn it-Termini tas-Servizz.
g. Dikjarazzjonijiet tal-Fornitur tal-Kontenut, Garanziji u Patti. Inti tiddikjara, tiggarantixxi u taqbel li: (I) Inti għandek is-setgħa kollha biex tidħol għall-obbligi Tiegħek u twettaqhom skont dawn it-Termini tas-Servizz, u fuq talba ta’ Apple, Inti tista’ u għandek immedjatament turi tali setgħa u/jew awtorizzazzjoni għas-sodisfazzjoni ta’ Apple u tifhem u tagħraf li n-nuqqas Tiegħek li tagħmel dan jitqies bħala ksur materjali ta’ dawn it-Termini tas-Servizz; (II) l-atti u l-prattiki Tiegħek fl-aċċess jew l-użu tas-Servizzi, il-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek, u d-Dejta ta’ Min Jirreklama, huma u għandhom jibqgħu kompletament konformi mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli kollha, inklużi dawk tal-ġuriżdizzjoni(jiet) li Inti tirrisjedi jew tinsab fihom jew li Inti suġġett għalihom, u dawk ta’ kull ġuriżdizzjoni li fiha jintwerew il-Kampanji jew il-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek; (III) BĦAL BEJNEK U BEJN APPLE, INTI UNIKAMENT RESPONSABBLI GĦALL-KONTENUT TAR-REKLAMAR, ID-DEJTA TA’ MIN JIRREKLAMA U L-IMMIRAR TIEGĦEK; (IV) Inti għandek id-drittijiet, l-awtorizzazzjonijiet, il-permessi u l-kunsensi meħtieġa biex tippermetti l-użi kollha tal-Kontenut tar-Reklamar u tad-Dejta ta’ Min Jirreklama b’rabta mas-Servizzi u biex tippermetti l-użi kollha tal-Kontenut tar-Reklamar u d-Dejta ta’ Min Jirreklama minn Apple bħala parti mill-provvista tas-Servizzi; (V) Inti tista’ u għandek tneħħi kwalunkwe Kontenut tar-Reklamar jew Dejta ta’ Min Jirreklama jekk u sa fejn ma jibqax ikollok id-drittijiet, l-awtorizzazzjonijiet, il-permessi jew il-kunsens meħtieġ biex tuża tali Kontenut tar-Reklamar jew Dejta ta’ Min Jirreklama; (VI) Inti m’għandekx, u m’għandek tawtorizza ebda parti biex, tiġġenera klikks, impressjonijiet jew azzjonijiet oħrajn awtomatizzati, frawdolenti jew b’xi mod ieħor invalidi; (VII) Inti m’intix se tikser jew tevita xjentement xi miżura ta’ sigurtà; (VIII) L-GĦAŻLIET U D-DEĊIŻJONIJIET TIEGĦEK RELATATI MAL-IMMIRAR, JEKK IKUN HEMM, GĦANDHOM JIKKONFORMAW BIS-SĦIĦ MAR-REKWIŻITI LEGALI U REGOLATORJI KOLLHA APPLIKABBLI, INKLUŻ KWALUNKWE REKWIŻIT U RESTRIZZJONI RELATATI MAL-GĦAŻLA, L-IMPLIMENTAZZJONI JEW L-UŻU TA’ KEYWORDS TAL-ĠURIŻDIZZJONI(JIET) LI FIHOM INTI TIRRISJEDI JEW TINSAB JEW LI INTI SUĠĠETT GĦALIHOM, U TA’ KULL ĠURIŻDIZZJONI LI FIHA JINTWEREW IL-KAMPANJI JEW IL-KONTENUT TAR-REKLAMAR TIEGĦEK; (IX) l-ebda Dejta ta’ Min Jirreklama jew Kontenut tar-Reklamar jew l-użu tiegħu ma jew mhu se: (A) jikser id-drittijiet tal-awtur, il-privattiva, it-trademark, is-sigriet kummerċjali jew kwalunkwe proprjetà intellettwali jew dritt ta’ proprjetà ieħor ta’ parti terza; (B) jikser kwalunkwe liġi, statut, ordinanza jew regolament, inkluż, iżda mhux biss, il-liġijiet u r-regolamenti li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni u s-sanzjonijiet applikabbli; (C) ikun malafamanti jew kummerċjalment libelluż; (D) ikun pornografiku jew oxxen; jew (E) ikun fih malware, spyware, virusijiet, Trojan horses, worms, bombi tal-ħin, ransomware, jew rutini ta’ pprogrammar dannużi jew ta’ ħsara simili; (X) Inti ksibt l-approvazzjonijiet, il-liċenzji u l-permessi kollha applikabbli meħtieġa għall-Kontenut tar-Reklamar, id-Dejta ta’ Min Jirreklama u l-prodotti u/jew is-servizzi ta’ min jirreklama, kif ukoll għall-użu li Inti tagħmel minnhom u għandek tkun responsabbli għaż-żamma fis-seħħ u l-effett ta’ dawn l-approvazzjonijiet, il-liċenzji u l-permessi matul it-terminu ta’ dawn it-Termini tas-Servizz; u (XI) jekk Inti taċċessa, tuża jew timplimenta s-Servizzi f’isem parti terza (pereżempju, bħala aġent jew fornitur ta’ servizz): (i) Inti awtorizzat u għandek tkun legalment awtorizzat biex taċċessa, tuża jew timplimenta s-Servizzi f’isem kull parti terza bħal din f’dik il-kapaċità; (ii) l-aċċess, l-użu jew l-implimentazzjoni Tiegħek tas-Servizzi m’għandhomx jaqbżu l-awtorizzazzjoni legali pprovduta minn kull parti terza bħal din; (iii) Inti tkun irbatt lil kull tali parti terza ma’ dawn it-Termini tas-Servizz, u jekk għal kwalunkwe raġuni Inti ma tkunx irbatt lil kwalunkwe tali parti terza ma’ dawn it-Termini tas-Servizz, Inti tkun responsabbli għat-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu li kull tali parti terza jkollha taħt dawn it-Termini tas-Servizz; u (iv) Inti tawtorizza lil Apple biex tikkomunika ma’ kwalunkwe tali parti terza kif raġonevolment meħtieġ, inkluż biex tivvalida l-awtorizzazzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 6(g)(XI)(i)-(iii) jew biex tipprovdi informazzjoni jew materjali meħtieġa mil-liġi jew ir-regolamenti applikabbli, u Inti għandek tassisti lil Apple f’dawn il-komunikazzjonijiet fuq talba ta’ Apple.
h. Garanzija ta’ Apple. Apple tiddikjara u tiggarantixxi li: (I) għandha s-setgħa sħiħa biex tidħol għall-obbligi tagħha u twettaqhom skont dawn it-Termini tas-Servizz; u (II) is-Servizzi għandhom jitwettqu b’mod professjonali. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, ir-rimedju uniku Tiegħek għal kwalunkwe ksur tal-garanziji msemmija qabel huwa stabbilit fit-Taqsima 9(g) ta’ dawn it-Termini tas-Servizz.
i. Permess għall-Kummerċjalizzazzjoni. Inti taqbel li Apple tista’ tibgħatlek komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni rigward is-Servizzi. Apple tista’ titlob, u Inti taqbel li ma tiċħadx b’mod irraġonevoli, il-permess biex tuża l-Kontenut tar-Reklamar, inklużi t-trademarks u l-logos kollha inklużi fil-Kontenut tar-Reklamar, għal skopijiet promozzjonali fil-materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. Apple trid tapprova bil-miktub kwalunkwe stqarrija jew aħbar għall-istampa li tirreferi jew li tkun relatata ma’ dawn it-Termini tas-Servizz, il-Kontenut tar-Reklamar jew ir-relazzjoni Tiegħek ma’ Apple.
j. Marki ta’ Apple. Inti m’għandekx tuża t-trademarks, il-marki tas-servizz, l-ismijiet kummerċjali, il-logos jew deżinjazzjonijiet kummerċjali jew tal-prodotti oħrajn ta’ Apple għal kwalunkwe skop qabel ma tikseb minn qabel il-kunsens bil-miktub ta’ Apple. Id-drittijiet l-oħrajn kollha relatati mat-trademarks (inklużi d-drittijiet statutorji) huma espressament inklużi sa fejn permess mil-liġi.
k. Metrika tar-Rappurtar. Jekk Apple toffri, tipprovdi jew tagħmel disponibbli rappurtar jew analitika dwar il-prestazzjoni tal-Kampanji Tiegħek (“Metrika tar-Rappurtar”), inti tirrikonoxxi u taqbel li bħal bejn il-Partijiet tali Metrika tar-Rappurtar għandha tkun il-kejl finali u vinkolanti tal-prestazzjoni ta’ Apple fuq it-twassil tas-Servizzi, u li ebda metrika ta’ rappurtar, ta’ partijiet terzi jew b’mod ieħor, m’għandha tkun permessa b’rabta mas-Servizzi; dment, madankollu, li Apple ma tagħmilx garanziji fir-rigward tal-akkuratezza, l-adegwatezza jew l-affidabbiltà tal-Metrika tar-Rappurtar, inkluż, iżda mhux biss, impressjonijiet, konverżjonijiet u taps, b’rabta mas-Servizzi.
l. Użu tad-Dejta. Apple ikollha d-dritt li tiġbor u tuża kwalunkwe dejta dwar l-attività relatata mal-utent b’rabta mas-Servizzi. Din id-dejta tintuża għall-analiżi, ir-rappurtar u t-titjib tas-Servizzi. Id-dejta kollha miġbura minn Apple b’rabta mas-Servizzi tiġi pproċessata u użata skont il-Politika tal-Privatezza tagħha ppubblikata, disponibbli fuq apple.com/privacy.
m. Konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet, il-Linji Gwida tal-Kontenut u l-Linji Gwida tal-Politika. Inti taqbel li tikkonforma mal-istruzzjonijiet, it-talbiet, ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet u l-linji gwida dwar il-politika u l-kontenut kif previst minn Apple b’rabta mas-Servizzi, inklużi, iżda mhux biss, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-linji gwida dwar il-politika u l-kontenut ipprovduti jew magħmula disponibbli minn Apple, inklużi dawk kollha disponibbli fuq searchads.apple.com/terms u/jew ads.apple.com/cn/terms (kull waħda inkorporata f’dawn it-Termini tas-Servizz b’referenza u kif tista’ tiġi emendata minn żmien għal żmien minn Apple) u li Inti taqbel li żżur u tirrieżamina regolarment. Inti unikament responsabbli għall-kontenut, il-format, il-funzjonament u l-aġġornament xierqa tal-Kontenut tar-Reklamar li Inti tippreżenta jew li jintuża mod ieħor b’rabta mas-Servizzi. Għar-reklamar fuq l-App Store, Inti tirrikonoxxi li l-bidliet magħmula fis-sottomissjoni Tiegħek tal-App Store (eż., il-prezz, id-deskrizzjoni, eċċ.) jistgħu jaffettwaw il-Kontenut tar-Reklamar tiegħek u li tali bidliet fl-App Store jistgħu jieħdu sa sittax-il (16) siegħa biex jiġu riflessi fis-Servizzi. Bħal bejn il-Partijiet, Inti responsabbli għall-kostijiet u l-ispejjeż kollha mġarrba b’rabta mal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek.
n. Relazzjoni tal-Partijiet. Dawn it-Termini tas-Servizz joħolqu relazzjoni ta’ kuntrattur indipendenti bejnek u bejn Apple. Dawn it-Termini tas-Servizz ma joħolqu ebda relazzjoni ta’ impjieg, relazzjoni ta’ aġenzija, sħubija, impriża konġunta, dmir fiduċjarju, jew kwalunkwe forma oħra ta’ assoċjazzjoni legali bejnek u bejn Apple, u Inti m’intix se tiddikjara l-kuntrarju, kemm jekk espressament, b’implikazzjoni, bl-apparenza jew mod ieħor.
o. Kunfidenzjalità. Minn żmien għal żmien, parti (bħala l-“Iżvelatur”) tista’ tiżvela jew tipprovdi lill-parti l-oħra (bħala r-“Riċevitur”), fi kwalunkwe forma (eż., forma miktuba, orali, viżiva, elettronika jew kwalunkwe forma oħra tanġibbli jew intanġibbli), ċerta informazzjoni jew materjal mhux pubbliku, proprjetarju u kunfidenzjali, kemm jekk ittikkettat jew deżinjat bħala kunfidenzjali jew le (“Informazzjoni Kunfidenzjali”). L-Informazzjoni Kunfidenzjali għandha tinkludi, iżda mhux biss, informazzjoni mhux pubblika, proprjetarja u kunfidenzjali dwar ir-relazzjoni kummerċjali bejnek u bejn Apple, il-provvista tas-Servizzi u r-riżultati mill-użu tagħhom, u d-diskussjonijiet kollha relatati magħhom (eż. pjanijiet mhux pubbliċi dwar il-prodotti, pjanijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni), Metrika ta’ Rappurtar u kwalunkwe PI ta’ Apple oħra (definita hawn taħt). Minkejja dak li ntqal hawn fuq, l-Informazzjoni Kunfidenzjali m’għandhiex tinkludi informazzjoni li: (I) issa hija, jew sussegwentement issir, ġeneralment disponibbli għall-pubbliku mingħajr ebda ħtija jew ksur min-naħa tar-Riċevitur; (II) ir-Riċevitur jista’ juri li kellu bi dritt fil-pussess tiegħu qabel l-iżvelar lir-Riċevitur mill-Iżvelatur; (III) hija żviluppata b’mod indipendenti mir-Riċevitur mingħajr l-użu ta’ xi Informazzjoni Kunfidenzjali; u (IV) ir-Riċevitur jikseb bi dritt mingħand parti terza li għandha d-dritt li tittrasferiha jew tiżvelaha lir-Riċevitur mingħajr limitazzjoni. Barra minn hekk, l-Informazzjoni Kunfidenzjali m’għandhiex tinkludi kwalunkwe softwer liberu u b’sors miftuħ (“free and open source software – FOSS”) inkluż fis-Servizzi u akkumpanjat minn termini ta’ liċenzjar li ma jimponux obbligi ta’ kunfidenzjalità dwar l-użu jew l-iżvelar ta’ tali FOSS. Xejn f’dawn it-Termini tas-Servizz ma jobbliga lil xi parti jew l-oħra li tiżvela kwalunkwe Informazzjoni Kunfidenzjali.
p. Obbligi Rigward l-Informazzjoni Kunfidenzjali. Suġġett għall-permessi u l-għoti ta’ liċenzji espressament stabbiliti hawnhekk u mingħajr limitazzjoni tagħhom, ir-Riċevitur jaqbel li: (I) jipproteġi l-Informazzjoni Kunfidenzjali, billi juża mill-inqas l-istess grad ta’ attenzjoni li juża biex jipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali u proprjetarja ta’ importanza simili tiegħu stess, iżda mhux inqas minn grad raġonevoli ta’ attenzjoni, (II) juża l-Informazzjoni Kunfidenzjali tal-Iżvelatur għall-iskop uniku li jwettaq l-obbligi tiegħu u jeżerċita d-drittijiet tiegħu taħt dawn it-Termini tas-Servizz u taħt l-ebda ċirkostanza għall-benefiċċju tiegħu jew ta’ xi parti terza, u (III) ma jiżvelax, jippubblika jew ixerred Informazzjoni Kunfidenzjali lil xi ħadd għajr dawk l-impjegati u l-konsulenti li jkollhom ħtieġa ta’ tagħrif biex iwettqu tali skop u li huma marbuta b’dawn it-Termini tas-Servizz, li jipprojbixxu l-iżvelar jew l-użu ta’ Informazzjoni Kunfidenzjali. Ir-Riċevitur ikun responsabbli għal kwalunkwe ksur tat-termini ta’ din it-Taqsima, inkluż mill-impjegati u l-konsulenti tiegħu. Ir-Riċevitur jista’ jiżvela Informazzjoni Kunfidenzjali sa fejn meħtieġ mil-liġi, dment li r-Riċevitur jagħmel sforzi raġonevoli sabiex jinnotifika lill-Iżvelatur dwar dan ir-rekwiżit qabel tali żvelar u jieħu passi raġonevoli sabiex jikseb trattament ta’ protezzjoni tal-Informazzjoni Kunfidenzjali.
q. Sjieda. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawnhekk, bħal bejn Apple u bejn il-Fornitur tal-Kontenut, il-Fornitur tal-Kontenut iżomm kull dritt, titolu u interess, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà Intellettwali kollha, fi kwalunkwe Kontenut tar-Reklamar li Inti tissottometti, dment li l-Kontenut tar-Reklamar ma jkunx jinkludi kwalunkwe Informazzjoni Kunfidenzjali ta’ Apple jew proprjetà intellettwali ta’ Apple, inklużi kodiċijiet, għodod u teknoloġija użati b’rabta mas-Servizzi jew il-Proprjetajiet (“PI ta’ Apple”). Apple iżżomm kull dritt, titolu u interess fi: (I) il-PI ta’ Apple u (II) l-analiżijiet, ir-rapporti, id-dejta kollha u informazzjoni oħra żviluppata minn Apple relatati mal-użu tas-Servizzi, kemm jekk żvelati lill-Fornituri tal-Kontenut kif ukoll jekk le.
r. Privatezza dwar id-Dejta Personali u s-Sigurtà.
Jekk fi kwalunkwe ħin Inti tiddetermina li kwalunkwe karatteristika jew funzjonalità tas-Servizzi tippermettilek tiġbor informazzjoni identifikabbli personalment (“Dejta Personali”), Inti għandek: (I) tinnotifika lil Apple immedjatament bil-miktub; (II) iżżomm kunfidenzjalità stretta u miżuri ta’ sigurtà biex tipproteġi d-Dejta Personali; (III) ma tiżvelax xi Dejta Personali lil xi parti oħra; (IV) tinnotifika lil Apple immedjatament jekk hemm kwalunkwe potenzjal ta’ ksur jew ksur effettiv tas-sigurtà li jinvolvi d-Dejta Personali; (V) tikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-ftehimiet jew it-trattati internazzjonali dwar id-Dejta Personali kollha applikabbli, inkluż kif applikabbli għat-trasferimenti ta’ Dejta Personali miż-Żona Ekonomika Ewropea jew mill-Iżvizzera lejn ġuriżdizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea jew, fejn rilevanti, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta u għall-Informazzjoni tal-Iżvizzera Federali, ma jkunx iddetermina li tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni tad-Dejta Personali.
B’mod konsistenti mal-politika ta’ Apple dwar it-traċċar, Inti taqbel li b’rabta mas-Servizzi, Inti m’intix, u m’intix se tipprova, taċċessa, tuża jew tipproċessa mod ieħor kwalunkwe informazzjoni li tista’ tintuża biex tintraċċa lil xi individwu jew apparat, ħlief bil-permess espliċitu tal-utent permezz tal-APIs tal-Applikazzjoni tat-Trasparenza tat-Traċċar. It-Traċċar huwa definit mill-politiki u l-linji gwida ta’ Apple, inkluż fuq developer.apple.com/app-store/user-privacy-and-data-use.
s. Inċentivi. Apple tista’ fid-diskrezzjoni tagħha toffri inċentivi, inklużi krediti, promozzjonijiet, skontijiet, jew offerti oħra monetarji jew mhux monetarji, lilek jew lil utenti tas-Servizzi oħrajn eliġibbli b’rabta mas-Servizz. L-aċċettazzjoni jew l-użu li Inti tagħmel minn xi wieħed minn dawn l-inċentivi huwa suġġett kemm għal dawn it-Termini tas-Servizz kif ukoll għat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Krediti Promozzjonali tas-Servizzi ta’ Reklamar ta’ Apple (disponibbli fuq searchads.apple.com/promo-terms u/jew ads.apple.com/cn/promo-terms/english u inkorporati f’dawn it-Termini tas-Servizz b’referenza). Inti tirrikonoxxi u taqbel li l-provvediment jew l-użu tas-Servizzi huwa suġġett għal dawn l-inċentivi u jista’ jkunu affettwat minnhom, inkluż f’dak li jirrigwarda l-kost jew il-prezz iddeterminat permezz ta’ rkanti jew mekkaniżmi oħrajn ta’ pprezzar.
7. Ħlas għas-Servizzi.
a. Bħala korrispettiv għas-Servizzi, Inti taqbel li tħallas lil Apple, u taqbel li Apple tista’ titlob ħlas mill-metodu ta’ ħlas Tiegħek, għall-ispejjeż, il-kostijiet u t-tariffi kollha assoċjati mal-Kampanji kollha li Inti tixtri jew timplimenta permezz tas-Servizzi, nieqes kwalunkwe skont jew promozzjoni offruta lilek minn Apple, u kwalunkwe ammont addizzjonali (inkluża kwalunkwe taxxa u tariffa ta’ dewmien, skont kif applikabbli) li jista’ jakkumula mill-Kontenut tar-Reklamar u l-Kampanji Tiegħek, l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi jew mill-Kont Tiegħek, jew b’rabta magħhom. Inti tiddikjara, tiggarantixxi u taqbel li (I) il-metodi ta’ ħlas kollha applikabbli assoċjati mal-Kont Tiegħek jew mal-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi, inklużi iżda mhux biss, il-kard tal-kreditu, il-kard tad-debitu, il-bank, l-e-wallet u l-kontijiet awtomatiċi tad-debitu għandhom ikunu awtorizzati b’mod validu għal tali użu minnek skont il-liġijiet kollha applikabbli, (II) jekk Inti tassoċja jew tuża metodu ta’ ħlas miżmum mir-rappreżentant awtorizzat Tiegħek, jekk meħtieġ mil-liġi applikabbli, Inti għandek tkun ipprovdejt awtorizzazzjoni valida lir-rappreżentant Tiegħek jew tkun dħalt għal ftehim validu miegħu għal tali użu, inkluż għal rimborżi xierqa, u tista’ u għandek tipprovdi validazzjoni ta’ tali awtorizzazzjoni jew ftehim fuq talba, (III) bħal bejn il-Partijiet, Inti biss responsabbli biex tiżgura u tivvalida l-awtorizzazzjonijiet speċifikati hawnhekk, u (IV) irrispettivament mill-metodu ta’ ħlas użat, Inti ġġorr ir-responsabbiltà sħiħa għall-ħlasijiet kollha dovuti b’rabta mal-Kontenut tar-Reklamar u l-Kampanji Tiegħek, l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi jew il-Kont Tiegħek. Inti responsabbli għall-ħlas f’waqtu tat-tariffi kollha u biex tipprovdi metodu ta’ ħlas validu lil Apple għat-tariffi kollha. Inti taqbel li Apple tista’ titlob ħlas mill-metodu ta’ ħlas Tiegħek fi kwalunkwe ħin wara li kwalunkwe porzjon tas-Servizzi jkun effettivament twassal lilek.
b. Il-ħlas u r-rappurtar kollu relatat mas-Servizzi jiġi ddenominat fil-munita li tagħżel Inti fil-Kont Tiegħek jew b’xi mod ieħor b’rabta mal-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi. Madankollu, Apple m’għandhiex tkun meħtieġa tappoġġa aktar minn munita waħda għal kull kont irrispettivament mill-post fejn tali Servizzi jiġu pprovduti. Inti tirrikonoxxi u taqbel li Apple tista’ ma tkunx tista’ tipprovdi munita li Inti tippreferi jew tuża waqt il-perkors normali tan-negozju Tiegħek għall-fatturar jew għall-ħlas, jew munita li hija disponibbli jew ordnata mill-ġuriżdizzjoni li Inti tirrisjedi fiha jew tinsab fiha jew li Inti suġġett għaliha. Inti taqbel espressament u tikkonferma l-kapaċità Tiegħek biex tinnegozja legalment ma’ Apple taħt dawn it-Termini tas-Servizz skont ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni applikabbli għalik relatati mal-muniti u l-ħlasijiet, inklużi dawk relatati mat-trasferimenti tal-ħlasijiet (inklużi trasferimenti ta’ ħlasijiet transfruntiera), il-ħlasijiet bil-kard tal-kreditu, u ħlasijiet fuq estensjonijiet ta’ kreditu, bl-użu tal-munita jew il-muniti li Apple tqiegħed għad-disponibbiltà Tiegħek.
c. L-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi jirrikjedi l-kapaċità li tidħol għal ftehimiet u/jew li tagħmel tranżazzjonijiet b’mod elettroniku. INTI TIRRIKONOXXI LI S-SOTTOMISSJONIJIET ELETTRONIĊI TIEGĦEK JIKKOSTITWIXXU L-QBIL U L-INTENZJONI TIEGĦEK LI TINTRABAT B’DAWN IL-FTEHIMIET U TRANŻAZZJONIJIET U LI TĦALLAS GĦALIHOM, U LI INTI AWTORIZZAT TIDĦOL GĦAL DAWN IL-FTEHIMIET U TRANŻAZZJONIJIET. IL-QBIL U L-INTENZJONI TIEGĦEK LI TINTRABAT B’SOTTOMISSJONIJIET ELETTRONIĊI JAPPLIKAW GĦAR-REKORDS KOLLHA RELATATI MAT-TRANŻAZZJONIJIET KOLLHA LI TIDĦOL GĦALIHOM GĦAS-SERVIZZI JEW BL-UŻU TAGĦHOM. Apple tirriżerva d-dritt li tagħlaq il-Kont Tiegħek jew, sakemm ma tkunx ipprojbit mod ieħor mill-Ftehimiet l-Oħrajn, kwalunkwe kont ieħor tal-Apple u tirrikjedi forma alternattiva ta’ ħlas jekk metodu ta’ ħlas ikun inkiseb jew intuża b’mod frawdolenti b’rabta mas-Servizzi. Biex taċċessa u żżomm ir-rekords elettroniċi Tiegħek, Inti tista’ tkun meħtieġ li jkollok ċertu ħardwer u softwer, li huma fir-responsabbiltà unika Tiegħek.
d. Inti tirrikonoxxi u taqbel li, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawnhekk jew bil-miktub minn Apple: (I) Apple Inc., Apple Canada Inc., iTunes K.K., Apple Pty Limited, u ADI huma kull waħda awtorizzati jipprovdu s-Servizzi lilek skont il-post fejn jiġi servut il-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek bl-użu tas-Servizzi; (II) Apple Inc., Apple Canada Inc., iTunes K.K., u Apple Pty Limited kollha għandhom ADI magħżula bl-awtorità li tiġbor il-ħlasijiet f’isimhom għas-Servizzi pprovduti u fatturati minn kull waħda minnhom; (III) l-ADI hija awtorizzata biex tiġbor u tista’ tiġbor ħlasijiet mingħandek f’isimha u f’isem Apple Inc., Apple Canada Inc., iTunes K.K., u Apple Pty Limited; (IV) fatturi jew forom oħrajn ta’ fatturazzjoni għas-Servizzi maħruġa minn waħda mill-ħames entitajiet ta’ Apple jew minn diversi minnhom imsemmija hawnhekk jistgħu jagħtuk istruzzjonijiet biex tħallas lil ADI jew lil affiljata oħra ta’ Apple; u (V) Inti għandek tagħmel dawn il-ħlasijiet lill-benefiċjarju indikat kif mitlub.
e. Taxxi. Apple tista’ toħroġlok fattura għal kwalunkwe taxxa, imposta, dazju, kost, ħlas, tnaqqis jew kwalunkwe ħlas ta’ effett ekwivalenti, kif impost minn kwalunkwe awtorità tat-taxxa fuq is-Servizzi li Apple tipprovdilek jew fir-rigward tagħhom taħt dawn it-Termini tas-Servizz, inkluż, iżda mhux biss, taxxa fuq il-bejgħ, taxxa fuq l-użu, taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”), taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (“GST”), u taxxa fuq il-konsum. Apple għandha tiddetermina, tiġbor, u tgħaddi tali taxxi applikabbli lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti u Inti taqbel li tħallas tali taxxi kif fatturati minn Apple. F’każ li kwalunkwe awtorità tat-taxxa timponi kwalunkwe responsabbiltà ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa fuqek inkluż, iżda mhux biss, kontabilità tar-reverse charge, awtokontabilità, u rappurtar, Inti għandek tassumi r-responsabbiltà kollha għal tali obbligi ta’ konformità. F’każ li kwalunkwe ammont pagabbli minnek lil Apple taħt dawn it-Termini tas-Servizz ikun suġġett għal kwalunkwe taxxa minn ras il-għajn applikabbli jew taxxi simili imposti minn kwalunkwe awtorità tat-taxxa (“Taxxa minn Ras il-Għajn”) u li Inti meħtieġ li tiġbor u tgħaddi tali Taxxa minn Ras il-Għajn, Inti taqbel li l-ammont sħiħ ta’ tali taxxa għandu jkun biss għall-Kont Tiegħek u m’għandux inaqqas l-ammont pagabbli lil Apple. Inti għandek tingrossa l-ħlas rilevanti, b’tali mod li wara li Inti tnaqqas u tgħaddi t-Taxxa minn Ras il-Għajn applikabbli, Inti għandek tħallas u Apple għandha tirċievi l-istess ammont kif oriġinarjament fatturat. Inti għandek iġġorr ir-responsabbiltà sħiħa għal tali obbligi ta’ konformità. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, u minbarra kwalunkwe istruzzjoni, talba, rekwiżit jew speċifikazzjoni kkomunikata minn Apple minn żmien għal żmien, Inti taqbel li tikkonforma mal-Obbligi u r-Rekwiżiti tat-Taxxa disponibbli fuq searchads.apple.com/terms u/jew ads.apple.com/cn/terms, li huma inkorporati f’dawn it-Termini tas-Servizz b’referenza.
f. Inti taqbel li tinnotifika lil Apple permezz tal-email dwar kwalunkwe tilwima rigward xi fattura fi żmien tletin (30) jum mid-data ta’ meta tirċievi l-fattura (il-“Perjodu tat-Tilwima dwar il-Fattura”). It-tilwim dwar il-fatturi għandu jiġi mibgħut b’email lil searchads-billing-inquiries@group.apple.com u għandu jinkludi r-raġuni(jiet) fid-dettall għat-tilwima. SAL-PUNT SĦIĦ PERMESS MIL-LIĠI, INTI TIRRINUNZJA T-TALBIET KOLLHA RELATATI MA’ FATTURA, INKLUŻI S-SERVIZZI U T-TARIFFI MSEMMIJA HAWNHEKK, SAKEMM MA JKUNUX INTALBU JEW ĠEW IDDIKJARATI FIL-PERJODU TAT-TILWIMA DWAR IL-FATTURA. BIEX JIĠI EVITAT KWALUNKWE DUBJU, JEKK TONQOS MILLI TRESSAQ TILWIMA FUQ FATTURA FI ŻMIEN IL-PERJODU TAT-TILWIMA, INTI TIRRIKONOXXI LI L-FATTURA TITQIES PAGABBLI KOLLHA U “TALE QUALE”. F’każ li Inti tidħol f’kuntratt ma’ parti terza biex tipproċessa l-fatturi f’ismek, Inti se tagħmel sforzi kummerċjalment raġonevoli biex tipprovdi lil din il-parti terza l-informazzjoni u/jew l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tiffaċilita l-ħlas fil-ħin lil Apple. Barra minn hekk, Inti taqbel li l-obbligu Tiegħek li tagħmel ħlasijiet fil-ħin u/jew li tinnotifika lil Apple dwar tilwim dwar fattura fil-ħin la jonqos u lanqas jiġu skużat minħabba l-azzjonijiet ta’ din il-parti terza.
g. SAL-PUNT SĦIĦ PERMESS MIL-LIĠI, INTI TIRRINUNZJA T-TALBIET KOLLHA RELATATI MA’ (I) IS-SERVIZZI U/JEW (II) IT-TARIFFI SAKEMM MA JKUNUX INTALBU JEW ĠEW AFFERMATI FI ŻMIEN SITTIN (60) JUM WARA LI TITLESTA L-KAMPANJA ASSOĊJATA MA’ DAWN IS-SERVIZZI JEW TARIFFI.
h. Inti tirrikonoxxi u tifhem li l-ħlasijiet, l-ispejjeż u t-tariffi huma bbażati biss fuq il-Metrika tar-Rappurtar assoċjata ma’ Kampanja. Sal-punt sħiħ permess mil-liġi, ir-rifużjonijiet (jekk ikun hemm) huma fid-diskrezzjoni unika ta’ Apple, u suġġetti għat-Taqsima 9(g) ta’ dawn it-Termini tas-Servizz.
i. Fl-opinjoni u d-diskrezzjoni ta’ Apple, Apple tista’ tagħżel li toffrilek jew tista’ testendilek kreditu relatat mas-Servizzi suġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
I. It-termini tal-ħlas għall-ammonti kollha dovuti lil Apple ikunu dovuti ħamsa u erbgħin (45) jum mid-data tal-fattura ta’ Apple, ħlief kif jista’ jkun meħtieġ mod ieħor minn Apple bil-miktub jew miftiehem bil-miktub bejn il-Partijiet. Il-ħlasijiet tard jistgħu jkunu suġġetti għal ħlas ta’ imgħax maħdum kuljum għal kull jum li l-ħlas ikun tard. Il-ħlas tal-imgħax għandu jiġi kkalkulat minn rata tal-imgħax bażi (“Rata Bażi”) flimkien mal-inqas minn wieħed fil-mija (1%) jew l-ammont massimu permess mil-liġi applikabbli. Ir-Rata Bażi tkun ibbażata fuq kwalunkwe konvenzjoni tas-suq li tkun qed tevolvi jew li tkun prevalenti dak iż-żmien biex tiġi ddeterminata rata ta’ referenza fil-pajjiż tal-ħlas f’dak it-tali żmien. Jekk tali rata ma tkunx ikkwotata pubblikament jew inkella ma tkunx tista’ raġonevolment tiġi ddeterminata mod ieħor minn Apple, allura r-Rata Bażi għandha tkun ibbażata fuq ir-rata tal-politika tal-Bank Ċentrali jew l-ekwivalenti unika konsolidata fil-pajjiż tal-ħlas f’dak iż-żmien. Jekk ir-Rata Bażi tkun negattiva, din għandha titqies żero fil-mija (0%). Jekk il-ħlas ikun meħtieġ li jsir fuq bażi differenti minn ħamsa u erbgħin (45) jum mid-data tal-fattura ta’ Apple, allura dawn it-termini modifikati jsiru l-perkors normali tan-negozju u tan-negozjar bejnek u bejn Apple.
II. Il-linja ta’ kreditu tillimita l-ammont ta’ kreditu aggregat li jista’ jiġi estiż lilek fi kwalunkwe ħin taħt dawn it-Termini tas-Servizz, kwalunkwe ftehim ieħor bejnek u bejn Apple, jew għal kwalunkwe bejgħ ieħor jew estensjoni ta’ kreditu oħra ta’ kwalunkwe tip minn Apple lilek.
III. Apple tista’ testendilek, tirrevedilek jew tirrevokalek il-kreditu fid-diskrezzjoni ta’ Apple għal kwalunkwe raġuni fi kwalunkwe ħin, b’avviż lilek jew mingħajr ebda avviż lilek. Minbarra kwalunkwe rimedju ieħor stabbilit f’dawn it-Termini tas-Servizz, Apple tista’, mingħajr avviż, tieħu azzjoni ta’ rimedju, inkluż iżda mhux biss billi tissospendi jew tittermina l-Kampanja/i Tiegħek u/jew il-Kont(ijiet) Tiegħek kull meta l-bilanċ pendenti dovut minnek lil Apple jeċċedi l-linja ta’ kreditu.
IV. Bħala kundizzjoni biex tirċievi jew tkompli tirċievi kreditu, Inti tista’ tkun mitlub tissottometti applikazzjoni ta’ kreditu pprovduta minn Apple u tipprovdi lil Apple: (1) informazzjoni finanzjarja, dikjarazzjonijiet u rapporti bħal karti tal-bilanċ, rapporti tal-fluss ta’ flus u rapporti tal-profitt u t-telf, kif ukoll ir-rapport tal-awdituri u n-noti għall-finanzi, jekk disponibbli, u kwalunkwe informazzjoni jew materjal bħal dan li normalment jiġi pprovdut lil kwalunkwe bejjiegħ, sellief jew kreditur ieħor biex tappoġġa l-estensjonijiet tal-kreditu; (2) tali informazzjoni finanzjarja oħra kif jista’ jkun raġonevolment mitlub minn Apple; u (3) il-valur attwali probabbli tal-kollateral jew tat-titjib tal-kreditu, inkluż iżda mhux biss, garanziji tal-bank, ittri kundizzjonali ta’ kreditu, garanziji korporattivi, abbozzi ta’ aċċettazzjoni minn bankiera, u garanziji personali. Inti tirrikonoxxi u taqbel ukoll li meta tikkunsidrak għal estensjoni jew kontinwazzjoni tal-kreditu, Apple tista’ tirrieżamina l-affidabbiltà kreditizja Tiegħek, inkluż permezz ta’ servizzi ta’ parti terza.
j. Il-fatturi għandhom ikunu bbażati fuq il-konsenja attwali matul ċiklu ta’ fatturar ta’ xahar kalendarju u n-numru ta’ fatturi jista’ jvarja għal kull Kampanja. Għall-evitar tad-dubju, Apple għandha tiġġenera fatturi permezz tal-Metrika tar-Rappurtar ta’ Apple bħala l-unika miżura vinkolanti tal-prestazzjoni ta’ Apple fuq il-konsenja ta’ kwalunkwe Servizz irregolat hawnhekk.
k. F’każ li Inti tonqos milli tħallas fil-ħin jew inkella tikser dawn it-Termini tas-Servizz jew xi garanzija stabbilita hawnhekk, Inti tkun responsabbli għall-ispejjeż kollha (inklużi l-onorarji u l-kostijiet tal-avukati) li ġġarrab Apple fil-ġbir ta’ dawk l-ammonti. Mingħajr ħsara għad-drittijiet ta’ Apple ta’ terminazzjoni, sospensjoni jew modifika skont it-Taqsima 13, f’każ li Inti tikser dawn it-Termini tas-Servizz, inkluż billi tonqos milli tikkonforma ma’ kwalunkwe terminu u kundizzjoni ta’ ħlas jew ta’ kreditu, Apple tirriżerva d-dritt li minnufih: (I) tittermina jew tissospendi t-twettiq tal-obbligi tagħha taħt dawn it-Termini tas-Servizz, (II) tittermina, tissospendi, timmodifika jew tillimita l-aċċess Tiegħek għas-Servizzi, u/jew (III) tiddikjara s-somom kollha dovuti lil Apple dovuti u pagabbli immedjatament.
l. Inti tirrikonoxxi u taqbel li kwalunkwe informazzjoni dwar il-metodu ta’ ħlas li Inti tipprovdi lil Apple tista’ tiġi kondiviża minn Apple ma’ kumpaniji li jaħdmu f’isem Apple, bħal proċessuri tal-ħlasijiet u/jew aġenziji tal-kreditu, għall-finijiet biss ta’ verifika tal-kreditu, biex isiru ħlasijiet lil Apple, u għall-għoti ta’ servizz lill-kont Tiegħek. Inti taqbel li Apple għandha d-dritt, mingħajr responsabbiltà lejk, li tiżvela kwalunkwe informazzjoni dwar il-metodu ta’ ħlas lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, uffiċjali tal-gvern, u/jew parti terza, kif Apple temmen li huwa raġonevolment meħtieġ jew xieraq biex tinforza u/jew tivverifika l-konformità ma’ kwalunkwe parti ta’ dawn it-Termini tas-Servizz (inkluż iżda mhux biss, għad-dritt ta’ Apple li tikkoopera ma’ kwalunkwe proċess legali relatat mal-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi u/jew asserzjoni ta’ parti terza li l-użu li Int tagħmel mis-Servizzi huwa illegali u/jew jikser id-drittijiet ta’ tali parti terza).
8. Proprjetà Intellettwali.
a. Rikonoxximent tas-Sjieda. Inti taqbel li s-Servizzi fihom informazzjoni u materjal proprjetarji li huma ta’ Apple u/jew tal-liċenzjaturi tagħha jew ta’ partijiet terzi oħrajn, u huma protetti mil-liġi dwar il-proprjetà intellettwali u liġijiet oħrajn applikabbli, u li Inti m’intix se tuża din l-informazzjoni jew materjal proprjetarju fi kwalunkwe mod ħlief biex tuża s-Servizzi f’konformità ma’ dawn it-Termini tas-Servizz. Ħlief kif stabbilit espressament hawnhekk, u ħlief sal-punt li l-liġijiet applikabbli jipprevjenu lil Apple milli żżommok milli tagħmel dan, l-ebda parti mis-Servizzi ma tista’ tiġi riprodotta fi kwalunkwe forma jew bi kwalunkwe mezz mingħajr il-kunsens espress bil-miktub ta’ Apple.
b. Drittijiet tal-Awtur. Id-drittijiet tal-awtur kollha fis-Servizzi u għalihom huma proprjetà ta’ Apple u/jew tal-liċenzjaturi tagħha.
c. Trademarks. Apple, il-logo ta’ Apple, App Store, iTunes, Apple Ads, Apple Search Ads, u trademarks oħra ta’ Apple, marki tas-servizz, grafika u logos użati b’rabta mas-Servizzi huma trademarks jew trademarks reġistrati ta’ Apple Inc. fl-Istati Uniti u/jew f’pajjiżi oħrajn. Inti ma tingħata ebda dritt jew liċenzja fir-rigward ta’ ebda waħda mit-trademarks imsemmijin hawn fuq u għal kwalunkwe użu ta’ tali trademarks.
9. Ċaħda ta’ Responsabbiltà tal-Garanziji; Limitazzjoni tar-Responsabbiltà.
a. INTI JISTA’ JKOLLOK DRITTIJIET JEW RIMEDJI MHUX ESKLUSSIVI SKONT IL-LIĠIJIET FIL-ĠURIŻDIZZJONI TIEGĦEK. XEJN F’DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ MA HUWA INTIŻ BIEX, JEW GĦANDU EFFETT LI, JILLIMITA, JIMMODIFIKA JEW JESKLUDI KWALUNKWE RESPONSABBILTÀ LI MA TISTAX TKUN HEKK LIMITATA, MODIFIKATA JEW ESKLUŻA BIL-LIĠI. KWALUNKWE U KULL LIMITAZZJONI JEW ESKLUŻJONI TAR-RESPONSABBILTÀ TA’ APPLE F’DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ GĦANDHA TAPPLIKA BISS SAL-PUNT MASSIMU LI DAWN IL-LIMITAZZJONIJIET HUMA PERMESSI MIL-LIĠI.
b. APPLE MA TIGGARANTIXXIX, MA TIDDIKJARAX U LANQAS MA TAFFERMA LI L-UŻU LI INTI TAGĦMEL MIS-SERVIZZI MHUX SE JKUN INTERROTT JEW MINGĦAJR ŻBALJI, U INTI TAQBEL LI MINN ŻMIEN GĦAL ŻMIEN APPLE TISTA’ TNEĦĦI S-SERVIZZI (JEW PRODOTTI JEW SERVIZZI PARTIKOLARI FIHOM) GĦAL PERJODI MHUX DEFINITI TA’ ŻMIEN, JEW TIEQAF TOFFRI S-SERVIZZI KOLLHA JEW PARTI MINNHOM, FI KWALUNKWE ĦIN, META JKUN MEĦTIEĠ BIEX TIPPROTEĠI L-INTERESSI TA’ APPLE, IŻDA BIEX JIĠI EVITAT KWALUNKWE DUBJU, JISTGĦU JAPPLIKAW IR-RESPONSABBILTÀ U R-RIMEDJI PPROVDUTI TAĦT 9(G) HAWN TAĦT.
c. APPLE MA TIGGARANTIXXIX, MA TIDDIKJARAX U LANQAS MA TAFFERMA LI S-SERVIZZI JEW IL-KONTENUT TAR-REKLAMAR PARTIKOLARI TIEGĦEK IKUN DISPONIBBLI FIL-POSTIJIET KOLLHA, U, SA FEJN DAN IKUN DISPONIBBLI, LI L-LINGWI KOLLHA UŻATI F’DAWN IL-POSTIJIET IKUNU DISPONIBBLI, U APPLE MA TIDDIKJARAX LI S-SERVIZZI JEW IL-KONTENUT TAR-REKLAMAR TIEĦGEK HUMA XIERQA JEW PERMISSIBBLI GĦALL-UŻU TIEGĦEK F’POST PARTIKOLARI.
d. INT TAQBEL ESPRESSAMENT LI L-UŻU LI INTI TAGĦMEL MIS-SERVIZZI, JEW IN-NUQQAS TIEGĦEK LI TAGĦMEL UŻU MINNHOM, HUWA FIR-RISKJU UNIKU TIEGĦEK. IS-SERVIZZI U L-PRODOTTI KOLLHA MWASSLA LILEK PERMEZZ TAS-SERVIZZI HUMA PPROVDUTI “TALE QUALE” U “KIF DISPONIBBLI” GĦALL-UŻU TIEGĦEK, MINGĦAJR GARANZIJI TA’ KWALUNKWE TIP, KEMM ESPRESSI JEW IMPLIĊITI, INKLUŻI L-GARANZIJI KOLLHA IMPLIĊITI TAL-KUMMERĊJABBILTÀ, IL-KWALITÀ SODISFAĊENTI, L-IDONEITÀ GĦAL SKOP PARTIKOLARI, IT-TEMPESTIVITÀ U N-NUQQAS TA’ KSUR. INTI TIFHEM U TAQBEL LI L-IPPREZZAR GĦAS-SERVIZZI JISTGĦU JKUNU BBAŻATI KOLLHA JEW PARTI MINNHOM FUQ MUDELL TA’ RKANT, LI JISTA’ JVARJA ABBAŻI TA’ DIVERSI FATTURI, INKLUŻ, IŻDA MHUX BISS, L-ALGORITMI PROPRJETARJI UŻATI MINN APPLE.
e. SA FEJN MA JKUNX IPPROJBIT MIL-LIĠI APPLIKABBLI, FL-EBDA KAŻ APPLE, ID-DIRETTURI, L-UFFIĊJALI, L-IMPJEGATI, L-AFFILJATI, L-AĠENTI, IL-KUNTRATTURI JEW IL-LIĊENZJATURI TAGĦHA M’GĦANDHOM IKUNU RESPONSABBLI GĦAL XI DANNI DIRETTI, INDIRETTI, INĊIDENTALI, PUNITTIVI, SPEĊJALI JEW KONSEGWENZJALI JKUNU XI JKUNU, INKLUŻ KWALUNKWE DANNU JEW TELF KUMMERĊJALI, LI JINĦOLOQ MINN DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ JEW RELATAT MAGĦHOM JEW MILL-UŻU LI INTI TAGĦMEL MIS-SERVIZZI JEW L-AĊĊESS TIEGĦEK GĦALIHOM, INKLUŻ, IŻDA MHUX BISS, GĦAL KWALUNKWE ŻBALL JEW OMMISSJONI FI KWALUNKWE PRODOTT, SERVIZZ, KARATTERISTIKA JEW FUNZJONALITÀ MAGĦMULA DISPONIBBLI PERMEZZ TAS-SERVIZZI, ANKI JEKK TKUN AVŻAT DWAR IL-POSSIBBILTÀ TAGĦHOM, KEMM JEKK TAĦT TEORIJA TA’ KUNTRATT, GARANZIJA, TORT (INKLUŻ NEGLIĠENZA), RESPONSABBILTÀ TAL-PRODOTTI, KSUR TA’ KWALUNKWE DMIR STATUTORJU, PRINĊIPJU TA’ INDENNIZZ JEW MOD IEĦOR, U MINKEJJA N-NUQQAS TA’ SKOP ESSENZJALI JEW TA’ KWALUNKWE RIMEDJU. FL-EBDA KAŻ M’GĦANDHA R-RESPONSABBILTÀ TOTALI TA’ APPLE LEJK SKONT DAN IL-FTEHIM GĦAD-DANNI KOLLHA (ĦLIEF KIF JISTA’ JKUN MEĦTIEĠ SKONT IL-LIĠI APPLIKABBLI F’KAŻIJIET LI JINVOLVU KORRIMENT PERSONALI) TAQBEŻ L-AMMONT TA’ ĦLASIJIET EFFETTIVAMENT IMĦALLSA JEW LI JISTGĦU JITĦALLSU LIL APPLE SKONT DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ.
f. APPLE MA TIDDIKJARAX JEW MA TIGGARANTIXXIX LI S-SERVIZZI SE JISSODISFAW IR-REKWIŻITI TIEGĦEK JEW IKUNU ĦIELSA MINN ĦSARAT FIN-NETWORK, TELF, KORRUZZJONI, ATTAKK, VIRUSIJIET, INTERFERENZA, HACKING, JEW INTRUŻJONI OĦRA TAS-SIGURTÀ, U APPLE TIĊĦAD KWALUNKWE RESPONSABBILTÀ RELATATA MA’ DAN.
g. FIL-KAŻ LI APPLE TONQOS LI TWASSAL IL-KAMPANJA TIEGĦEK FI KWALUNKWE RIGWARD, L-UNIKA RESPONSABBILTÀ TA’ APPLE LEJK U R-RIMEDJU UNIKU TIEGĦEK GĦANDHOM IKUNU LIMITATI GĦAL ESTENSJONI TAL-KAMPANJA SAKEMM IL-METRIKA KUNTRATTATA TIĠI MWASSLA JEW KUMPENS SA MASSIMU TA’ 100% TAL-ĦLASIJIET EFFETTIVAMENT IMĦALLSA JEW LI JISTGĦU JITĦALLSU LIL APPLE SKONT DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ. MINKEJJA DAN TA’ HAWN FUQ, APPLE MA TISTAX TASSIGURA LI KWALUNKWE REKLAM IBBAŻAT FUQ IRKANT JITWASSAL.
10. Indennizz. BILLI TAGĦMEL UŻU MIS-SERVIZZI, INTI TAQBEL, SAL-PUNT MASSIMU PERMESS MIL-LIĠI, LI TINDENNIZZA U ŻŻOMM LIL APPLE, ID-DIRETTURI, L-UFFIĊJALI, L-IMPJEGATI, L-AFFILJATI, L-AĠENTI, IL-KUNTRATTURI U L-LIĊENZJATURI BLA ĦSARA FIR-RIGWARD TA’ KWALUNKWE TALBA, TELF, OBBLIGU, SPIŻA, KOST, ĦLAS, MULTA JEW TIPI OĦRAJN TA’ DANNI, INKLUŻ IŻDA MHUX BISS, L-ONORARJI TAL-AVUKATI U L-ISPEJJEŻ KOLLHA RELATATI MAL-EŻEKUZZJONI TA’ DIN IL-KLAWŻOLA, LI JIRRIŻULTAW MINN DAWN LI ĠEJJIN JEW LI JKUNU RELATATI MAGĦHOM: (A) IL-KSUR TIEGĦEK TA’ DAWN IT-TERMINI TA’ SERVIZZ, INKLUŻ KWALUNKWE DIKJARAZZJONI, GARANZIJA JEW PATT MAGĦMUL MINNEK HAWNHEKK; (B) L-UŻU MHUX XIERAQ, MHUX AWTORIZZAT JEW ILLEGALI TIEGĦEK MIS-SERVIZZI; (C) KWALUNKWE DIKJARAZZJONI LI L-KONTENUT TAR-REKLAMAR TIEGĦEK, ID-DEJTA TA’ MIN JIRREKLAMA, ID-DEJTA TAL-UTENT KUMMERĊJALI JEW L-IMMIRAR UŻAT B’RABTA MAS-SERVIZZI (I) APPROPRJA INDEBITAMENT, KISER XI PRIVATTIVA, DRITT TAL-AWTUR, TRADEMARK, SIGRIET KUMMERĊJALI, TOPOGRAFIJA TA’ PRODOTT SEMIKONDUTTUR JEW KWALUNKWE PROPRJETÀ INTELLETTWALI JEW DRITT PROPRJETARJU IEĦOR TA’ PARTI TERZA; (II) IMMALAFAMA JEW KISER IL-KUNFIDENZJALITÀ JEW KISER IL-PRIVATEZZA TA’ ĦADDIEĦOR; (III) IKKOSTITWIXXA ATTI JEW PRATTIKI FOLOZ, QARRIEQA, INĠUSTI, ABBUŻIVI, INKLUŻ B’RELAZZJONI MAR-REKLAMAR U MAL-BEJGĦ; JEW (IV) NAQAS LI JIKKONFORMA MA’ KWALUNKWE LIĠI JEW REGOLAMENT APPLIKABBLI.
11. Avviżi. Apple tista’ tibgħatlek avviż fir-rigward tas-Servizzi billi tibgħat messaġġ bl-email fl-indirizz tal-email elenkat fl-informazzjoni ta’ kuntatt tal-Kont Tiegħek, billi tibgħat ittra bil-posta fl-indirizz ta’ kuntatt elenkat fl-informazzjoni ta’ kuntatt tal-Kont Tiegħek, jew billi ttella’ notifika fuq il-pjattaforma tas-Servizzi rilevanti (eż., is-sit web). L-avviżi li Apple tibgħatlek bl-email għandhom isiru effettivi immedjatament malli Apple tibgħatlek it-trażmissjoni bl-email, irrispettivament minn meta Inti tirċeviha. L-avviżi li Apple tibgħatlek bil-posta għandhom isiru effettivi (a) meta jiġu kkonsenjati personalment, (b) tlett ijiem ta’ xogħol wara li jkunu ntbagħtu permezz ta’ trasportatur kummerċjali matul il-lejl bi prova bil-miktub tal-konsenja, jew (c) ħamest ijiem ta’ xogħol wara li jkunu ntbagħtu b’posta tal-ewwel klassi jew ċertifikata, bl-affrankament. Il-kuntatt ewlieni Tiegħek għas-Servizzi, jekk għandek, jingħata wkoll kopja ta’ tali avviżi bl-email jew bil-posta. Inti taqbel li tiċċekkja regolarment l-indirizz tal-email Tiegħek u l-indirizz postali Tiegħek għal avviżi li Apple tibgħatlek, li tirrieżamina minnufih kull avviż bħal dan, u li tinnotifika lil Apple minnufih jekk ma jibqax ikollok aċċess għall-indirizz tal-email jew għall-indirizz postali elenkat fl-informazzjoni ta’ kuntatt tal-Kont Tiegħek. L-avviżi ta’ Apple li jittellgħu b’post fuq il-pjattaforma tas-Servizzi rilevanti għandhom isiru effettivi minnufih. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawnhekk, l-avviżi kollha lil Apple relatati ma’ dawn it-Termini tas-Servizz jitqiesu li ngħataw (x) meta jiġu kkonsenjati personalment, (y) tlett ijiem ta’ xogħol wara li jkunu ntbagħtu permezz ta’ trasportatur kummerċjali matul il-lejl bi prova bil-miktub tal-konsenja, jew (z) ħamest ijiem ta’ xogħol wara li jkunu ntbagħtu b’posta tal-ewwel klassi jew ċertifikata, bl-affrankament, permezz tal-metodi msemmija qabel f’(x), (y), u (z), lil: Apple Inc., Legal (attn: Advertising Platforms Legal), One Apple Park Way, Cupertino, CA 95014, United States. Parti tista’ tibdel l-indirizz tal-email jew l-indirizz postali tagħha billi tagħti avviż bil-miktub lill-Parti l-oħra kif deskritt hawn fuq.
12. Modifika jew Emenda tat-Termini tas-Servizz. Apple tirriżerva d-dritt, fid-diskrezzjoni tagħha, li timmodifika jew temenda dawn it-Termini tas-Servizz fi kwalunkwe ħin. Malli ssir din il-modifika, it-Termini tas-Servizz modifikati għandhom ikunu disponibbli fuq searchads.apple.com/terms-of-service u/jew ads.apple.com/cn/terms-of-service/english, jew f’post ieħor aċċessibbli kif innotifikat minn Apple, u għandhom isiru effettivi malli Inti tirċievi l-avviż skont it-Taqsima 11 hawn fuq, jew aktar tard kif speċifikat f’dan l-avviż. Inti taqbel li żżur regolarment searchads.apple.com/terms-of-service u/jew ads.apple.com/cn/terms-of-service/english, jew post aċċessibbli ieħor kif innotifikat minn Apple, u li tirrieżamina t-Termini tas-Servizz, inkluż għal xi modifika li tista’ tkun indikata b’aġġornamenti fid-Data Effettiva indikata fuq nett tat-Termini tas-Servizz. Inti tirrikonoxxi u taqbel li r-rieżami regolari ta’ dawn it-Termini tas-Servizz għall-modifiki huwa fir-responsabbiltà Tiegħek. JEKK MA TAQBILX MA’ XI MODIFIKA FIT-TERMINI TAS-SERVIZZ, INTI GĦANDEK TWAQQAF MINNUFIH KULL AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI U KULL UŻU MINNHOM. SAKEMM APPLE MA TIKKOMUNIKALEKX MOD IEĦOR, IL-FATT LI INTI TKOMPLI TUŻA S-SERVIZZI WARA KWALUNKWE MODIFIKA FIT-TERMINI TAS-SERVIZZ GĦANDU JITQIES BĦALA L-AĊĊETTAZZJONI TIEGĦEK TAT-TERMINI TAS-SERVIZZ KIF MODIFIKATI.
13. Terminazzjoni. Kwalunkwe Parti, fid-diskrezzjoni unika tagħha, tista’ tittermina dawn it-Termini tas-Servizz fi kwalunkwe ħin b’avviż mingħajr raġuni; sakemm, madankollu, kwalunkwe użu kontinwu mis-Servizzi mill-Fornitur tal-Kontenut wara tali avviż ta’ terminazzjoni jkun suġġett għat-Termini tas-Servizz ta’ dak iż-żmien. Ma’ kwalunkwe skadenza jew terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, ħlief kif ipprovdut espressament mod ieħor f’dawn it-Termini tas-Servizz jew kif meħtieġ mil-liġi applikabbli: (a) id-drittijiet, il-liċenzji, il-kunsensi u l-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija minn waħda mill-Partijiet lill-oħra hawn taħt jintemmu immedjatament; (b) Inti twaqqaf kull użu mis-Servizzi; u (c) il-ħlasijiet kollha dovuti lil Apple skont dawn it-Termini tas-Servizz isiru dovuti u pagabbli immedjatament. ID-DRITTIJIET U L-OBBLIGI STABBILITI FIT-TAQSIMA 6(o), IT-TAQSIMA 6(p), IT-TAQSIMA 6(r), IT-TAQSIMA 7(a), IT-TAQSIMA 7(g), U T-TAQSIMIET 8 SA 15 JIBQGĦU VALIDI WARA L-ISKADENZA JEW IT-TERMINAZZJONI TA’ DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ. MINKEJJA KWALUNKWE ĦAĠA KUNTRARJA F’DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ, APPLE TISTA’, FID-DISKREZZJONI UNIKA TAGĦHA, DIRETTAMENT JEW INDIRETTAMENT, MINNUFIH U MINGĦAJR AVVIŻ BIL-QUDDIEM, TISSOSPENDI, TITTERMINA JEW B’MOD IEĦOR TIĊĦAD L-AĊĊESS TIEGĦEK GĦAL JEW L-UŻU TIEGĦEK MIS-SERVIZZI KOLLHA JEW KWALUNKWE PARTI MINNHOM. Din it-Taqsima 13 ma tillimita l-ebda dritt jew rimedju ieħor ta’ Apple, kemm jekk fil-liġi, f’ekwità jew skont dawn it-Termini tas-Servizz.
14. Liġi applikabbli. INTI TAQBEL ESPRESSAMENT LI L-LIĠIJIET TAL-ISTAT TA’ KALIFORNJA, MINBARRA R-REGOLI TAGĦHA DWAR IL-KUNFLITTI TAL-LIĠIJIET, JIRREGOLAW DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZ U L-UŻU LI INTI TAGĦMEL MIS-SERVIZZI, U LI L-ĠURIŻDIZZJONI ESKLUSSIVA GĦAL KWALUNKWE PROĊEDIMENT RELATAT B’XI MOD MAL-UŻU LI INTI TAGĦMEL MIS-SERVIZZI TKUN TAL-ISTAT U L-QRATI FEDERALI FID-DISTRETT TAT-TRAMUNTANA TA’ KALIFORNJA. INTI B’DAN TIRRINUNZJA D-DRITT LI TOĠĠEZZJONA GĦAL DIN L-GĦAŻLA TA’ LIĠI, ĠURIŻDIZZJONI PERSONALI JEW POST.
15. Mixxellanju. Dawn it-Termini tas-Servizz, inklużi l-Annessi kollha tagħhom, jikkostitwixxu l-ftehim kollu bejnek u bejn Apple u jirregolaw l-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi, u jissostitwixxu l-ftehimiet kollha preċedenti bejnek u bejn Apple ħlief kif stabbilit bil-miktub fil-Ftehimiet l-Oħrajn. Inti ma tistax tittrasferixxi dawn it-Termini tas-Servizz, inkluż, iżda mhux biss, bl-operat tal-liġi jew fużjoni, mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel ta’ Apple, u kwalunkwe tentattiv ta’ trasferiment ta’ dawn it-Termini tas-Servizz mingħajr tali approvazzjoni bil-miktub minn qabel huwa null. Jekk xi parti minn dawn it-Termini tas-Servizz titqies invalida jew mhux eżegwibbli, dik il-parti għandha tinftiehem b’mod konsistenti mal-liġi applikabbli biex tirrifletti, kemm jista’ jkun possibbli, l-intenzjonijiet oriġinali tal-partijiet, u l-porzjonijiet li jifdal għandhom jibqgħu fis-seħħ u b’effett sħiħ. In-nuqqas ta’ Apple li teżegwixxi kwalunkwe dritt jew dispożizzjoni f’dawn it-Termini tas-Servizz ma jikkostitwixxix rinunzja ta’ tali dispożizzjoni, jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dawn it-Termini tas-Servizz. Apple mhix responsabbli għal nuqqas ta’ ssodisfar ta’ xi obbligi minħabba kawżi lil hinn mill-kontroll tagħha. Dawn it-Termini tas-Servizz mhumiex għall-benefiċċju ta’ xi parti terza.
ANNESS 1
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għal Franza
Dawn it-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-użu mis-Servizzi b’rabta ma’ Kampanji fi Franza:
Apple u l-Fornitur tal-Kontenut b’dan jaqblu li l-Liġi 93-122 tad-29 ta’ Jannar 1993, magħrufa bħala “Sapin I”, u l-Liġi 2016-1691 tad-9 ta’ Diċembru 2016, magħrufa bħala “Sapin II” (flimkien, il-“Liġi Sapin”) japplikaw għall-Użu li Inti tagħmel mis-Servizzi fuq l-App Store ta’ Franza u għal kull użu ieħor mis-Servizzi biex ixxerred Kampanji fi Franza. Għaldaqstant, jekk Inti qed taġixxi bħala Aġent, Inti ma tistax tibda Kampanja f’isem, jew għall-benefiċċju ta’, klijent li jirreklama (“Min jirreklama”) fuq l-App Store ta’ Franza (jiġifieri Kampanja primarjament riċevuta fit-territorju Franċiż) jekk Min jirreklama jkun “Kumpanija Franċiża”. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness 1, Inti taqbel li “Kumpanija Franċiża” hija jew reġistrata jew stabbilita jew tinsab b’mod ieħor fi Franza. Għal dan il-għan, Inti ma tistax taġixxi b’mod sigriet bħala Aġent jew taħbi li Inti qed taġixxi bħala Aġent meta tagħmel użu mis-Servizzi. Skont it-Taqsima 10 (Indennizz), Inti tkun responsabbli u taqbel li tindennizza u żżomm lil Apple, lid-diretturi, l-uffiċjali, l-impjegati, l-affiljati, l-aġenti, il-kuntratturi u l-liċenzjaturi tagħha bla ħsara fir-rigward ta’ kwalunkwe talba li tirriżulta mill-ksur Tiegħek ta’ dan l-Anness 1.
ANNESS 2
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għall-Korea t’Isfel
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fir-Repubblika tal-Korea jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħha:
Minkejja t-Taqsima 13 ta’ hawn fuq (Terminazzjoni), jekk Inti tonqos milli tikkonforma ma’ dispożizzjoni materjali ta’ dawn it-Termini tas-Servizz, Apple, b’avviż ta’ 10 ijiem bil-quddiem, tista’: (I) tittermina dawn it-Termini tas-Servizz u/jew il-Kont Tiegħek, u Inti tibqa’ responsabbli għall-ammonti kollha dovuti skont il-Kont Tiegħek sa u inkluża d-data tat-terminazzjoni; (II) tittermina l-liċenzja għall-applikazzjoni tas-softwer; u/jew (III) tipprekludi l-aċċess għas-Servizzi (jew kwalunkwe parti minnhom), f’kull każ sakemm dan il-ksur materjali ma jiġix rimedjat fi żmien 10 ijiem.
ANNESS 3
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għall-Ungerija
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fl-Ungerija jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħha:
Apple tiġbidlek espressament l-attenzjoni għat-Taqsimiet 7(f), 9(e), 9(g), u 13 tat-Termini tas-Servizz. Inti b’dan tikkonferma li Inti rrieżaminajt dawn il-klawżoli u li Inti tagħti l-kunsens espress Tiegħek għalihom, kif ukoll għat-Termini tas-Servizz kollha.
ANNESS 4
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għar-Rumanija
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fir-Rumanija jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħha:
Inti tirrikonoxxi u taqbel li kwalunkwe estensjoni ta’ kreditu li Apple tagħtik b’rabta mas-Servizzi hija offerta ta’ termini ta’ ħlas biex tippermettilek tixtri s-Servizzi skont dawn it-Termini tas-Servizz, u ma tikkostitwixxix l-għoti ta’ faċilitajiet ta’ kreditu jew attività ta’ kreditu skont il-liġi Rumena (inklużi l-Liġi nru 93/2009 dwar l-istituzzjonijiet bankarji mhux finanzjarji u l-Ordinanza Urġenti tal-Gvern nru 99/2006 dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-adegwatezza kapitali, rispettivament).
ANNESS 5
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għar-Russja
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fil-Federazzjoni Russa jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħha:
Is-Servizzi skont dan il-Ftehim għandhom jiġu pprovduti lilek direttament minn ADI irrispettivament mid-definizzjoni ta’ “Apple” hawnhekk jew minn fejn jinsab l-App Store li jservi l-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek.
ANNESS 6
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għaċ-Ċina Kontinentali
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fiċ-Ċina kontinentali jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħha:
Inti tirrikonoxxi u taqbel li irrispettivament mid-definizzjoni ta’ “Apple” hawnhekk jew il-post fejn jinsab l-App Store li jservi l-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek: (i) Il-kontroparti kontraenti tiegħek skont dan il-Ftehim hija Apple Advertising (Beijing) Ltd., li tinsab f’Room 603, Level 6, Building 4, Zone 1, No. 81 Beiqing Road, Haidian District, Beijing; (ii) b’rabta mas-Servizzi, Apple Advertising (Beijing) Ltd. qiegħda tinnegozja Miegħek għall-aċċess biex tagħmel użu mis-Servizzi; (iii) Apple Advertising (Beijing) Ltd. hija awtorizzata biex tibgħatlek, u tista’ tibgħatlek, fattura għall-aċċess Tiegħek għas-Servizzi u għall-użu Tiegħek minnhom u, jekk tirċievi fattura jew istruzzjonijiet mod ieħor, Inti għandek tħallas lil Apple Advertising (Beijing) Ltd. skont l-istruzzjonijiet; u (iv) minbarra l-metodu/i ta’ avviż lil Apple speċifikat(i) fit-Taqsima 11, Inti tista’ tipprovdi avviż bil-miktub skont dan il-Ftehim fl-indirizz li ġej indirizzat lil “Apple Advertising (Beijing) Ltd.”: Room 212-215, Level 2, No. 2 Kexueyuan South Road, Haidian District, Beijing.
Minkejja kwalunkwe ħaġa kuntrarja fit-Taqsima 14, Inti taqbel ukoll li kwalunkwe tilwima li tirriżulta minn dawn it-Termini tas-Servizz jew b’rabta magħhom jew mill-użu li Inti tagħmel mis-Servizzi għandha titressaq lill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Arbitraġġ għall-Ekonomija u l-Kummerċ taċ-Ċina (China International Economic and Trade Arbitration Commission - CIETAC) f’Beijing għall-arbitraġġ li għandu jsir skont ir-regoli ta’ arbitraġġ taċ-CIETAC fis-seħħ fiż-żmien tar-rikors għall-arbitraġġ, kif ukoll skont dawn it-termini u kundizzjonijiet li ġejjin: Id-deċiżjoni arbitrali għandha tkun finali u vinkolanti għaż-żewġ Partijiet. Kull Parti għandha taħtar arbitru wieħed. It-tielet arbitru, li għandu jaġixxi bħala l-arbitru presjedenti, għandu jintgħażel b’mod konġunt miż-żewġ arbitri maħtura mill-Partijiet. Jekk l-arbitru presjedenti ma jkunx jista’ jintgħażel fi żmien 30 jum wara li jkun inħatar it-tieni arbitru, il-President tas-CIETAC huwa awtorizzat jaħtar wieħed. L-arbitru presjedenti m’għandux ikun u ma jistax kien ċittadin jew tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew tal-Istati Uniti. Madankollu, individwu li għandu passaport ta’ Hong Kong jew li għandu d-dritt ta’ residenza f’Hong Kong – iżda qatt ma kien ċittadin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qabel l-1 ta’ Lulju 1997 – m'għandux jitqies bħala ċittadin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-Partijiet. Il-Partijiet jaqblu wkoll li l-arbitri kollha jistgħu jinħatru minn barra l-Bord tal-Arbitri tas-CIETAC kif previst fir-regoli ta’ arbitraġġ tas-CIETAC fis-seħħ fiż-żmien tar-rikors għall-arbitraġġ. Il-post tal-arbitraġġ għandu jkun Beijing, ir-RPĊ. Il-lingwa tal-arbitraġġ għandha tkun l-Ingliż. Minbarra r-regoli tas-CIETAC, il-Partijiet jaqblu li l-arbitraġġ għandu jsir skont ir-Regoli tal-IBA dwar il-Kumpilazzjoni tax-Xhieda fl-Arbitraġġ Internazzjonali. Il-Partijiet għandhom iżommu kunfidenzjali l-fatt ta’ kwalunkwe arbitraġġ u d-deċiżjonijiet kollha fl-arbitraġġ, flimkien mal-materjal kollu fil-proċedimenti maħluqa għall-finijiet tal-arbitraġġ u kull dokument ieħor prodott minn parti oħra fil-proċedimenti li ma jkunux mod ieħor fid-dominju pubbliku, ħlief u sa fejn dak l-iżvelar ma jkunx meħtieġ minn Parti minħabba dmir legali, biex jitħares jew jiġi ssodisfat dritt legali jew biex tiġi eżegwita jew ikkontestata deċiżjoni fi proċedimenti legali quddiem qorti jew awtorità ġudizzjarja oħra. L-arbitri għandhom jiddeċiedu li l-Parti rebbieħa, f’każ li jkun hemm, titħallas tal-kostijiet u l-ispejjeż tagħha, inklużi l-onorarji tal-avukati tagħha, kif iddeterminat mill-arbitri. Il-Parti rebbieħa għandha tkun intitolata wkoll għall-onorarji u l-kostijiet tal-avukati tagħha fi kwalunkwe azzjoni biex tiġi kkonfermata u/jew eżegwita deċiżjoni arbitrali fi kwalunkwe proċediment ġudizzjarju.
ANNESS 7
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għall-Indoneżja
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fl-Indoneżja jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tagħha:
Is-Servizzi skont dan il-Ftehim għandhom jiġu pprovduti lilek direttament minn ADI irrispettivament mid-definizzjoni ta’ “Apple” hawnhekk jew minn fejn jinsab l-App Store li jservi l-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek.
ANNESS 8
(għat-Termini tas-Servizz)
Termini addizzjonali għall-Eġittu
It-termini li ġejjin huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz u japplikaw għall-Fornituri tal-Kontenut li jirrisjedu jew jinsabu fl-Eġittu jew huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni tiegħu:
Is-Servizzi skont dan il-Ftehim għandhom jiġu pprovduti lilek direttament minn ADI irrispettivament mid-definizzjoni ta’ “Apple” hawnhekk jew minn fejn jinsab l-App Store li jservi l-Kontenut tar-Reklamar Tiegħek.